5. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, miżuri biex:
|
(a)
|
tispeċifika l-informazzjoni li għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri skont dan l-Artikolu kif ukoll l-iskedi ta’ żmien li fihom tali informazzjoni għandha tiġi kkomunikata.
|
|
(b)
|
tidentifika l-modi ta’ simplifikazzjoni tal-mod kif tiġi rrappurtata d-data u l-iskambju reċiproku ta’ informazzjoni u data minn networks u punti ta’ kampjunar individwali li jkejlu t-tniġġis tal-arja ambjentali fl-Istati Membri.
|
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 26(2).