+Artikolu 23 Trażmissjoni ta’ informazzjoni u rapportar
---+Artikolu 23 1
---+Artikolu 23 2
---+Artikolu 23 3
---+Artikolu 23 4
---+Artikolu 23 5

Artikolu 23 Trażmissjoni ta’ informazzjoni u rapportar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-kwalità tal-arja ambjentali titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni fil-perjodu ta’ żmien meħtieġ f’konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, u irrispettivament mill-konformità mal-għanijiet tal-kwalità tad-data għall-kopertura tad-data stipulati fil-Punt B tal-Anness V.

Artikolu 23 2

2.   Bl-iskop speċifiku li tiġi vvalutata l-konformità mal-valuri limitu, mal-valuri fil-mira, mal-obbligi tat-tnaqqis tal-esponiment medju u mal-livelli kritiċi, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, mhux iktar tard minn disa’ xhur wara l-aħħar ta’ kull sena, u għandha tinkludi:

(a)

il-bidliet li saru f’dik is-sena għal-lista u d-delimitazzjoni ta’ żoni jew unitajiet territorjali tal-esponiment medju stabbiliti skont l-Artikolu 6;

(b)

il-lista ta’ żoni u l-unitajiet territorjali ta’ esponiment medju u l-livelli ta’ sustanzi niġġiesa vvalutati.

(c)

għal żoni li fihom il-livelli ta’ sustanza niġġiesa waħda jew iżjed ikunu ogħla mill-valuri limitu, mill-valuri fil-mira jew mill-valuri kritiċi, kif ukoll għal unitajiet territorjali ta’ esponiment medju meta l-livelli ta’ sustanza niġġiesa waħda jew iżjed ikunu ogħla mil-livell determinat mill-obbligi tat-tnaqqis tal-esponiment medju:

(i)

id-dati u l-perjodi meta tali livelli ġew osservati;

(ii)

jekk ikun xieraq, valutazzjoni dwar kontributi minn sorsi naturali u mir-risospensjoni ta’ partikoli wara t-tqegħid tar-ramel jew tal-melħ fit-toroq matul ix-xitwa għal-livelli vvalutati, kif ipprovduti lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 16 u 17.

Artikolu 23 3

3.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 1 informazzjoni dwar il-livelli rreġistrati u d-durata tal-perjodi li matulhom inqabeż il-livell limitu ta’ allert jew il-livell limitu ta’ informazzjoni.

Artikolu 23 4

4.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-Punt D tal-Anness IV lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur minn meta jintalbu jagħmlu dan.

Artikolu 23 5

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, miżuri biex:

(a)

tispeċifika l-informazzjoni li għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri skont dan l-Artikolu kif ukoll l-iskedi ta’ żmien li fihom tali informazzjoni għandha tiġi kkomunikata.

(b)

tidentifika l-modi ta’ simplifikazzjoni tal-mod kif tiġi rrappurtata d-data u l-iskambju reċiproku ta’ informazzjoni u data minn networks u punti ta’ kampjunar individwali li jkejlu t-tniġġis tal-arja ambjentali fl-Istati Membri.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 26(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.