|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-agglomerazzjonijiet ta' 1 000 e.p. u aktar iżda ta’ anqas minn 2 000 e.p. ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1 sal-31 ta' Diċembru 2035. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu għal perjodu massimu ta':
(a)
8 snin meta fl-1 ta’ Jannar 2025:
(i)
inqas minn 50 % tal-agglomerazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu jkunu pprovduti b'sistemi ta' ġbir; jew
(ii)
inqas minn 50 % tat-tagħbija tal-ilma mormi urban tal-agglomerazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tinġabar f'sistemi ta' ġbir;
(b)
10 snin meta fl-1 ta’ Jannar 2025:
(i)
inqas minn 25 % tal-agglomerazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu jkunu pprovduti b'sistemi ta' ġbir; jew
(ii)
inqas minn 25 % tat-tagħbija tal-ilma mormi urban tal-agglomerazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tinġabar f'sistemi ta' ġbir.
Il-Bulgarija, il-Kroazja u r-Rumanija jistgħu jidderogaw mill-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu għal perjodu massimu ta':
(a)
12-il sena meta fl-1 ta’ Jannar 2025:
(i)
inqas minn 50 % tal-agglomerazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu jkunu pprovduti b'sistemi ta' ġbir; jew
(ii)
inqas minn 50 % tat-tagħbija tal-ilma mormi urban tal-agglomerazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tinġabar f'sistemi ta' ġbir;
(b)
14-il sena meta fl-1 ta’ Jannar 2025:
(i)
inqas minn 25 % tal-agglomerazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu jkunu pprovduti b'sistemi ta' ġbir; jew
(ii)
inqas minn 25 % tat-tagħbija tal-ilma mormi urban tal-agglomerazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tinġabar f'sistemi ta' ġbir.
Meta l-Istati Membri jidderogaw mill-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu, għandhom jiżguraw li l-ewwel programm ta' implimentazzjoni nazzjonali tagħhom imsemmi fl-Artikolu 23 jinkludi:
(a)
l-għadd ta' agglomerazzjonijiet ta’ 1 000 e.p. u aktar iżda ta’ anqas minn 2 000 e.p. li ma jkollhomx sistemi tal-ġbir kompluta fl-1 ta’ Jannar 2025; u
(b)
pjan li jiddeskrivi l-investimenti meħtieġa biex dawk l-agglomerazzjonijiet jilħqu konformità sħiħa sal-iskadenzi estiżi; u
(c)
ir-raġunijiet tekniċi jew ekonomiċi li jiġġustifikaw l-estensjoni tal-iskadenzi msemmija fl-ewwel subparagrafu.
L-estensjonijiet tal-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tat-tieni jew tat-tielet subparagrafu u tar-raba’ subparagrafu. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri jekk dawk il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati sal-31 ta’ Lulju 2028.
|