+DIRETTIVA (UE) 2024/3019 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-27 ta’ Novembru 2024 dwar it-trattament tal-ilma mormi urban (riformulazzjoni) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
---+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 Sistemi ta' ġbir u kalkolu tat-tagħbija ta’ agglomerazzjoni
------+Artikolu 3 1.
------+Artikolu 3 2.
------+Artikolu 3 3.
------+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 4 Sistemi individwali
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
------+Artikolu 4 3.
------+Artikolu 4 4.
------+Artikolu 4 5.
------+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 5 Pjanijiet integrati għall-ġestjoni tal-ilma mormi urban
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
------+Artikolu 5 3.
------+Artikolu 5 4.
------+Artikolu 5 5.
------+Artikolu 5 6.
------+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 6 Trattament sekondarju
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
------+Artikolu 6 3.
------+Artikolu 6 4.
------+Artikolu 6 5.
---+Artikolu 7 Trattament terzjarju
------+Artikolu 7 1.
------+Artikolu 7 2.
------+Artikolu 7 3.
------+Artikolu 7 4.
------+Artikolu 7 5.
------+Artikolu 7 6.
------+Artikolu 7 7.
------+Artikolu 7 8.
------+Artikolu 7 9.
------+Artikolu 7 10.
------+Artikolu 7 11.
---+Artikolu 8 Trattament kwaternarju
------+Artikolu 8 1.
------+Artikolu 8 2.
------+Artikolu 8 3.
------+Artikolu 8 4.
------+Artikolu 8 5.
------+Artikolu 8 6.
------+Artikolu 8 7.
------+Artikolu 8 8.
---+Artikolu 9 Responsabbiltà estiża tal-produttur
------+Artikolu 9 1.
------+Artikolu 9 2.
------+Artikolu 9 3.
------+Artikolu 9 4.
------+Artikolu 9 5.
---+Artikolu 10 Rekwiżiti minimi għall-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi
------+Artikolu 10 1.
------+Artikolu 10 2.
------+Artikolu 10 3.
------+Artikolu 10 4.
------+Artikolu 10 5.
------+Artikolu 10 6.
------+Artikolu 10 7.
---+Artikolu 11 Newtralità enerġetika
------+Artikolu 11 1.
------+Artikolu 11 2.
------+Artikolu 11 3.
------+Artikolu 11 4.
------+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 12 Kooperazzjoni transkonfinali
------+Artikolu 12 1.
------+Artikolu 12 2.
------+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 13 Kundizzjonijiet klimatiċi lokali
---+Artikolu 14 Skariki ta' ilma mormi mhux domestiku
------+Artikolu 14 1.
------+Artikolu 14 2.
------+Artikolu 14 3.
------+Artikolu 14 4.
------+Artikolu 14 5.
---+Artikolu 15 Użu mill-ġdid tal-ilma u skariki ta' ilma mormi urban
------+Artikolu 15 1.
------+Artikolu 15 2.
------+Artikolu 15 3.
------+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 16 Ilma mormi bijodegradabbli mhux domestiku
------+Artikolu 16 1.
------+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 17 Sorveljanza tal-ilma mormi urban
------+Artikolu 17 1.
------+Artikolu 17 2.
------+Artikolu 17 3.
------+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 18 Valutazzjoni u ġestjoni tar-riskji
------+Artikolu 18 1.
------+Artikolu 18 2.
------+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 19 Aċċess għal faċilitajiet sanitarji
---+Artikolu 20 Ħama u rkupru tar-riżorsi
------+Artikolu 20 1.
------+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 21 Monitoraġġ
------+Artikolu 21 1.
------+Artikolu 21 2.
------+Artikolu 21 3.
------+Artikolu 21 4.
------+Artikolu 21 5.
------+Artikolu 21 6.
---+Artikolu 22 Informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
------+Artikolu 22 1.
------+Artikolu 22 2.
------+Artikolu 22 3.
------+Artikolu 22 4.
---+Artikolu 23 Programm ta' implimentazzjoni nazzjonali
------+Artikolu 23 1.
------+Artikolu 23 2.
------+Artikolu 23 3.
------+Artikolu 23 4.
---+Artikolu 24 Informazzjoni għall-pubbliku
------+Artikolu 24 1.
------+Artikolu 24 2.
------+Artikolu 24 3.
------+Artikolu 24 4.
---+Artikolu 25 Aċċess għall-ġustizzja
------+Artikolu 25 1.
------+Artikolu 25 2.
------+Artikolu 25 3.
------+Artikolu 25 4.
---+Artikolu 26 Kumpens
------+Artikolu 26 1.
------+Artikolu 26 2.
------+Artikolu 26 3.
------+Artikolu 26 4.
------+Artikolu 26 5.
---+Artikolu 27 Eżerċitar tad-delega
------+Artikolu 27 1.
------+Artikolu 27 2.
------+Artikolu 27 3.
------+Artikolu 27 4.
------+Artikolu 27 5.
------+Artikolu 27 6.
---+Artikolu 28 Proċedura ta’ kumitat
------+Artikolu 28 1.
------+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 29 Pieni
------+Artikolu 29 1.
------+Artikolu 29 2.
------+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 30 Evalwazzjoni
------+Artikolu 30 1.
------+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 31 Rieżami
---+Artikolu 32 Tħassir u dispożizzjonijiet tranżizzjonali
------+Artikolu 32 1.
------+Artikolu 32 2.
------+Artikolu 32 3.
------+Artikolu 32 4.
------+Artikolu 32 5.
------+Artikolu 32 6.
------+Artikolu 32 7.
------+Artikolu 32 8.
---+Artikolu 33 Traspożizzjoni
------+Artikolu 33 1.
------+Artikolu 33 2.
---+Artikolu 34 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
---+Artikolu 35 Destinatarji
---+ANNESS I REKWIŻITI GĦALL-ILMA MORMI URBAN
---+ANNESS II ŻONI SENSITTIVI GĦALL-EWTROFIKAZZJONI
---+ANNESS III LISTA TA' PRODOTTI KOPERTI MINN RESPONSABBILTÀ ESTIŻA TAL-PRODUTTUR
---+ANNESS IV SETTURI INDUSTRIJALI
---+ANNESS V KONTENUT TAL-PJANIJIET INTEGRATI TA' MMANIĠĠJAR TAL-BAĊINI TAX-XMAJJAR
---+ANNESS VI INFORMAZZJONI GĦALL-PUBBLIKU
---+ANNESS VII
---+ANNESS VIII
|
English -
European Union -
Environment -
DIRETTIVA (UE) 2024/3019 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-27 ta’ Novembru 2024 dwar it-trattament tal-ilma mormi urban (riformulazzjoni) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
DIRETTIVA (UE) 2024/3019 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-27 ta’ Novembru 2024
dwar it-trattament tal-ilma mormi urban
(riformulazzjoni)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 Suġġett
|
Artikolu 1
Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar il-ġbir, it-trattament u l-iskariku tal-ilma mormi urban, biex tipproteġi l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, f'konformità mal-approċċ “Saħħa Waħda”, filwaqt li progressivament tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet b’effett ta’ serra għal livelli sostenibbli, ittejjeb il-bilanċ enerġetiku tal-attivitajiet tal-ġbir u t-trattament tal-ilma mormi urban u tikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari. Tistabbilixxi wkoll regoli dwar l-aċċess għal faċilitajiet sanitarji għal kulħadd, dwar it-trasparenza tas-settur tal-ilma mormi urban, dwar is-sorveljanza regolari tal-parametri rilevanti għas-saħħa pubblika fl-ilma mormi urban u dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju li min iniġġes iħallas.
|
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
|
Artikolu 2
Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“ilma mormi urban” tfisser kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
(b)
it-taħlita ta' ilma mormi domestiku u ilma mormi mhux domestiku;
(c)
it-taħlita ta' ilma mormi domestiku u ilma tax-xeba' urban;
(d)
it-taħlita ta' ilma mormi domestiku, ilma mormi mhux domestiku u ilma tax-xeba' urban;
(2)
“ilma mormi domestiku” tfisser ilma mormi minn żoni residenzjali, servizzi u istituzzjonijiet li joriġina l-aktar mill-metaboliżmu tal-bniedem jew minn attivitajiet fid-dar, jew mit-tnejn;
(3)
“ilma mormi mhux domestiku” tfisser ilma mormi, għajr ilma mormi domestiku u ilma tax-xeba' urban, li jiġi skarikat minn bini użat għall-eżerċizzju ta' sengħa jew attivitajiet industrijali jew ekonomiċi;
(4)
“agglomerazzjoni” tfisser żona fejn il-popolazzjoni espressa f'ekwivalenti ta' popolazzjoni, f'kombinament jew le mal-attivitajiet ekonomiċi, tkun ikkonċentrata biżżejjed biex l-ilma mormi urban jinġabar u jitmexxa lejn impjant għat-trattament tal-ilma mormi urban wieħed jew aktar jew lejn punt ta' skariku finali wieħed jew aktar;
(5)
“ilma tax-xeba' urban” tfisser preċipitazzjoni fl-agglomerazzjonijiet miġbura minn kanali tad-drenaġġ ikkombinati jew separati;
(6)
“tifwir tal-ilma tal-maltemp” tfisser l-iskariku ta' ilma mormi urban mhux ittrattat f'ilmijiet riċeventi minn kanali tad-drenaġġ ikkombinati minħabba preċipitazzjoni jew fallimenti tas-sistema;
(7)
“sistema ta' ġbir” tfisser sistema ta' mogħdijiet li tiġbor u tmexxi l-ilma mormi urban;
(8)
“kanal tad-drenaġġ ikkombinat” tfisser mogħdija unika li tiġbor u tmexxi l-ilma mormi urban, inkluż l-ilma tax-xeba' urban;
(9)
“kanal tad-drenaġġ separat” tfisser mogħdija li tiġbor u tmexxi separatament wieħed minn dawn li ġejjin:
(b)
ilma mormi mhux domestiku;
(c)
taħlita ta' ilma mormi domestiku u mhux domestiku;
(10)
“ekwivalenti ta' popolazzjoni” jew “(e.p.)” tfisser it-tagħbija bijodegradabbli organika kull jum, li jkollha domanda bijokimika għall-ossiġenu fuq ħamest ijiem (BOD5) ta' 60 g ta' ossiġenu kull jum;
(11)
“trattament primarju” tfisser trattament ta' ilma mormi urban permezz ta' proċess fiżiku jew kimiku, jew it-tnejn, li jinvolvi d-depożitar ta' solidi sospiżi, jew proċessi oħra li fihom l-BOD5 tal-ilma mormi li jkun dieħel jitnaqqas b'minn tal-anqas 20 % qabel ma dan jintrema, waqt li s-solidi sospiżi totali tal-ilma mormi li jkun dieħel jitnaqqsu b'minn ta' lanqas 50 %;
(12)
“trattament sekondarju” tfisser trattament ta' ilma mormi urban bi proċess li ġeneralment jinvolvi trattament bijoloġiku b'depożitar sekondarju, jew proċess ieħor li jnaqqas il-materja organika biodegradabbli mill-ilma mormi urban;
(13)
“trattament terzjarju” tfisser trattament ta' ilma mormi urban bi proċess li jnaqqas in-nitroġenu jew il-fosforu, jew it-tnejn, fl-ilma mormi urban;
(14)
“trattament kwaternarju” tfisser it-trattament tal-ilma mormi urban bi proċess li jnaqqas spettru wiesa' ta' mikrosustanzi niġġiesa fl-ilma mormi urban;
(15)
“ħama” tfisser residwu organiku u inorganiku li jirriżulta mit-trattament tal-ilma mormi urban minn impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban, eskluż il-frak, il-grass, fdalijiet oħra u kwalunkwe fdalijiet mit-tgħarbil u residwu ieħor mill-fażi ta' pretrattament;
(16)
“ewtrofikazzjoni” tfisser li l-ilma jkun arikkit b'nutrijenti, speċjalment b'komposti ta' nitroġenu jew fosforu, jew it-tnejn, li jikkawżaw it-tkabbir mgħaġġel ta' alka u forom aktar għoljin ta' pjanti biex jipproduċu tfixkil mhux mixtieq lill-bilanċ ta' organiżmi li jkunu preżenti fl-ilma kif ukoll lill-kwalità tal-ilma kkonċernat;
(17)
“mikrosustanza niġġiesa” tfisser sustanza kif definita fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
), inkluż il-prodotti tad-diżintegrazzjoni tagħha, li normalment tkun preżenti fl-ambjent akkwatiku, fl-ilma mormi urban jew il-ħama u li tista' titqies perikoluża għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem abbażi tal-kriterji rilevanti stipulati fil-Partijiet 3 u 4 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, anke f'konċentrazzjonijiet baxxi;
(18)
“proporzjon tad-dilwizzjoni” tfisser il-proporzjon tal-medja tul l-aħħar ħames snin tal-fluss annwali tal-ilmijiet riċeventi fil-punt ta' skariku mal-medja tul l-aħħar ħames snin tal-volum tal-iskariku annwali tal-ilma mormi urban fl-ilmijiet tal-wiċċ;
(19)
“produttur” tfisser kwalunkwe manifattur, importatur jew distributur li, fuq bażi professjonali, jintroduċi prodotti fis-suq ta' Stat Membru, inkluż permezz ta' kuntratti mill-bogħod kif definit fl-Artikolu 2(7) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
);
(20)
“organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi” tfisser organizzazzjoni rikonoxxuta b'mod nazzjonali stabbilita biex il-produtturi jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikoli 9 u 10;
(21)
“faċiltajiet sanitarji” tfisser faċilitajiet u servizzi għall-ġestjoni u r-rimi sikuri, iġjeniċi, siguri, u soċjalment u kulturalment aċċettabbli ta' awrina u feċi tal-bniedem, u għat-tbiddil u r-rimi ta' prodotti mestrwali, li jipprovdu l-privatezza u jiżguraw id-dinjità;
(22)
“reżistenza għall-antimikrobiċi” tfisser il-kapaċità ta' mikroorganiżmi li jgħixu jew jikbru fil-preżenza ta' konċentrazzjoni ta' sustanza antimikrobika li normalment tkun biżżejjed sabiex trażżan jew toqtol mikroorganiżmi tal-istess speċi;
(23)
“Saħħa Waħda” tfisser Saħħa Waħda kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
3
);
(24)
“pubbliku kkonċernat” tfisser il-pubbliku affettwat jew li x'aktarx ikun affettwat minn, jew li għandu interess fit-teħid ta' deċiżjoni għall-implimentazzjoni tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6, 7 jew 8 ta' din id-Direttiva; għall-finijiet ta' din id-definizzjoni, organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tal-ambjent jew tas-saħħa tal-bniedem u jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit fil-liġi nazzjonali jitqiesu li għandhom interess;
(25)
“bijomedia” tfisser kwalunkwe oġġett, normalment magħmul mill-plastik, użat għall-iżvilupp tal-batterji meħtieġa għat-trattament tal-ilma mormi urban;
(26)
“introduzzjoni fis-suq” tfisser meta prodott isir disponibbli għall-ewwel darba fis-suq ta' Stat Membru;
(27)
“tagħbija” tfisser l-ammont ta' materja bijodegradabbli organika mkejla bħala BOD5 fl-ilma mormi urban, espress bħala e.p., jew ta’ kwalunkwe sustanza niġġiesa jew nutrijent, espress bħala unità tal-massa għal kull unità tal-ħin;
(28)
“sistema individwali” tfisser faċilità sanitarja li tiġbor, taħżen, tittratta jew tarmi ilma mormi domestiku minn bini jew partijiet ta' bini mhux konnessi ma' sistema ta' ġbir.
|
|
Artikolu 3 Sistemi ta' ġbir u kalkolu tat-tagħbija ta’ agglomerazzjoni
|
|
|
Artikolu 4 Sistemi individwali
|
|
|
Artikolu 5 Pjanijiet integrati għall-ġestjoni tal-ilma mormi urban
|
|
|
Artikolu 6 Trattament sekondarju
|
|
|
Artikolu 7 Trattament terzjarju
|
|
|
Artikolu 8 Trattament kwaternarju
|
|
|
Artikolu 9 Responsabbiltà estiża tal-produttur
|
|
|
Artikolu 10 Rekwiżiti minimi għall-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi
|
|
|
Artikolu 11 Newtralità enerġetika
|
|
|
Artikolu 12 Kooperazzjoni transkonfinali
|
|
|
Artikolu 13 Kundizzjonijiet klimatiċi lokali
|
Artikolu 13
Kundizzjonijiet klimatiċi lokali
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban mibnija għal konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 6, 7 u 8 ikunu mfassla, mibnija, mħaddma u miżmuma biex jiżguraw prestazzjoni suffiċjenti taħt il-kundizzjonijiet klimatiċi normali kollha. Mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħuda skont l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2557, il-varjazzjonijiet staġjonali tat-tagħbija u l-vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima għandhom jiġu vvalutati u kkunsidrati fit-tfassil, il-bini u t-tħaddim tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban u s-sistemi tal-ġbir.
|
|
Artikolu 14 Skariki ta' ilma mormi mhux domestiku
|
|
|
Artikolu 15 Użu mill-ġdid tal-ilma u skariki ta' ilma mormi urban
|
|
|
Artikolu 16 Ilma mormi bijodegradabbli mhux domestiku
|
|
|
Artikolu 17 Sorveljanza tal-ilma mormi urban
|
|
|
Artikolu 18 Valutazzjoni u ġestjoni tar-riskji
|
|
|
Artikolu 19 Aċċess għal faċilitajiet sanitarji
|
Artikolu 19
Aċċess għal faċilitajiet sanitarji
Mingħajr preġudizzju għall-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, u b’kont meħud tal-perspettivi u ċ-ċirkostanzi lokali u reġjonali fir-rigward tal-faċilitajiet sanitarji, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw l-aċċess għal faċilitajiet sanitarji għal kulħadd, b'mod partikolari għall-gruppi vulnerabbli u emarġinati.
Għal dak l-għan, sat-12 ta' Jannar 2029 l-Istati Membri għandhom:
(a)
jidentifikaw persuni mingħajr aċċess, jew b'aċċess limitat, għal faċilitajiet sanitarji, filwaqt li jagħtu attenzjoni speċjali lill-gruppi vulnerabbli u emarġinati, u jagħtu r-raġunijiet għal dan in-nuqqas ta' aċċess;
(b)
jivvalutaw l-għażliet għat-titjib tal-aċċess għal faċilitajiet sanitarji għal dawn il-persuni;
(c)
għall-agglomerazzjonijiet kollha ta' 10 000 e.p. u aktar, iħeġġu l-istabbiliment ta' għadd suffiċjenti ta' faċilitajiet sanitarji fl-ispazji pubbliċi, li jkunu aċċessibbli b'xejn u, b'mod partikolari għan-nisa, aċċessibbli b'mod sikur u jiżguraw l-għoti ta’ informazzjoni xierqa dwar dawk il-faċilitajiet għall-pubbliku;
(d)
għall-agglomerazzjonijiet kollha ta' 5 000 e.p. u aktar, iħeġġu lill-awtoritajiet kompetenti jqiegħdu għad-dispożizzjoni għadd suffiċjenti ta' faċilitajiet sanitarji b'xejn f'bini pubbliku, b'mod partikolari f'bini amministrattiv;
(e)
iħeġġu biex f'ristoranti, ħwienet u spazji privati simili aċċessibbli għall-pubbliku jkun hemm disponibbli faċilitajiet sanitarji għal kulħadd, mingħajr ħlas jew bi ftit flus.
|
|
Artikolu 20 Ħama u rkupru tar-riżorsi
|
|
|
Artikolu 21 Monitoraġġ
|
|
|
Artikolu 22 Informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
|
|
|
Artikolu 23 Programm ta' implimentazzjoni nazzjonali
|
|
|
Artikolu 24 Informazzjoni għall-pubbliku
|
|
|
Artikolu 25 Aċċess għall-ġustizzja
|
|
|
Artikolu 26 Kumpens
|
|
|
Artikolu 27 Eżerċitar tad-delega
|
|
|
Artikolu 28 Proċedura ta’ kumitat
|
|
|
Artikolu 29 Pieni
|
|
|
Artikolu 30 Evalwazzjoni
|
|
|
Artikolu 31 Rieżami
|
Artikolu 31
Kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni tista' tibgħat twissijiet bikrija lill-Istati Membri li jkunu qed jonqsu jew f'riskju li jonqsu milli jilħqu l-objettivi u l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikoli 3, 5, 6, 7, 8 u 11.
|
|
Artikolu 32 Tħassir u dispożizzjonijiet tranżizzjonali
|
|
|
Artikolu 33 Traspożizzjoni
|
|
|
Artikolu 34 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
|
Artikolu 34
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikoli 12 u 13 u l-Annessi 1, II u IV għandhom japplikaw mill-1 ta’ Awwissu 2027.
|
|
Artikolu 35 Destinatarji
|
Artikolu 35
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
|
|
ANNESS I REKWIŻITI GĦALL-ILMA MORMI URBAN
|
ANNESS I
REKWIŻITI GĦALL-ILMA MORMI URBAN
Parti A
Sistemi tal-ġbir
Is-sistemi tal-ġbir għandhom jikkunsidraw ir-rekwiżiti tat-trattament tal-ilma mormi urban.
It-tfassil, il-bini u l-manutenzjoni tas-sistemi tal-ġbir għandhom isiru skont l-aqwa għarfien tekniku li ma jkunx jinvolvi kostijiet eċċessivi, b'mod partikolari dwar:
—
il-volum u l-karatteristiċi tal-ilma mormi urban,
—
il-prevenzjoni ta' tnixxijiet ta' ilma mormi urban, infiltrazzjoni u influss konness ħażin fis-sistemi tal-ġbir,
—
il-limitazzjoni ta' tniġġis fl-ilmijiet riċeventi minħabba tifwir tal-ilma tal-maltemp, b'kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti rilevanti fl-Artikolu 5 u l-Anness V.
Parti B
Skariku minn impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban għall-ilmijiet riċeventi
1. L-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban għandhom ikunu mfassla jew modifikati biex ikunu jistgħu jittieħdu kampjuni rappreżentattivi tal-ilma mormi li jkun dieħel u tal-effluwent ittrattat qabel l-iskariku fl-ilmijiet riċeventi.
2. L-iskariki minn impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban u impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jservu l-agglomerazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 6, 7 u 8 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti fit-Tabella 1 ta' dan l-Anness.
3. L-iskariki minn impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban imsemmija fl-Artikolu 7(1) jew minn impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jservu l-agglomerazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7(3) għandhom, minbarra r-rekwiżiti msemmija fil-punt 2, jissodisfaw ir-rekwiżiti fit-Tabella 2 ta' dan l-Anness, minbarra fil-każijiet fejn jiġi applikat l-Artikolu 7(8).
4. L-iskariki minn impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban imsemmija fl-Artikolu 8(1) jew minn impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jservu l-agglomerazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8(4) għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fit-Tabella 3 ta' dan l-Anness.
5. Regolamenti minn qabel u awtorizzazzjonijiet speċifiċi għall-iskariki minn impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jużaw il-bijomedia għandhom jinkludu:
—
deskrizzjoni tat-teknoloġiji li jinkorporaw il-bijomedia użata fit-trattament imwettaq mill-impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban, inkluż it-tip u l-volum tal-bijomedia użata fl-impjant u deskrizzjoni tal-miżuri meħuda biex jiġu evitati rilaxxi tal-bijomedia fl-ambjent;
—
obbligu ta' monitoraġġ u prevenzjoni permanenti tar-rilaxxi kollha ta' bijomedia fl-ambjent;
—
obbligu li kwalunkwe rilaxx sinifikanti ta' bijomedia fl-ilmijiet riċeventi jiġi rrapportat mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti.
6. Rekwiżiti li huma aktar stretti minn dawk stipulati fit-Tabelli 1, 2 u 3 għandhom jiġu applikati fejn neċessarju biex jiġi żgurat li l-ilmijiet riċeventi jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttivi 2000/60/KE, 2008/56/KE, 2008/105/KE u 2006/7/KE.
7. Il-punti ta' skariku tal-ilma mormi urban għandhom jintgħażlu, kemm jista' jkun possibbli, sabiex jiġu minimizzati l-effetti dannużi fuq l-ilmijiet riċeventi.
Parti C
Metodi għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tar-riżultati
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi applikat metodu ta' monitoraġġ li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-punti 2 sa 5. Fejn ikun rilevanti, il-metodi ta' analiżi kollha għandhom jikkonformaw mal-istess kriterji minimi tal-prestazzjoni bħal dawk definiti fid-Direttiva 2009/90/KE u regoli rilevanti oħra.
Jistgħu jintużaw metodi alternattivi għal dawk imsemmija fil-punti 2, 3 u 4 dment li jista' jintwera li jinkisbu riżultati ekwivalenti.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna l-metodu ta' monitoraġġ applikat.
2. Kampjuni proporzjonali għall-fluss jew dawk ibbażati fuq il-ħin ta' 24 siegħa għandhom jinġabru fl-istess post definit tajjeb fl-iżbokk u, jekk ikun meħtieġ, fid-daħla tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban. Madankollu, kwalunkwe kampjun ibbażat fuq il-ħin użat għall-monitoraġġ tal-mikrosustanzi niġġiesa għandu jkun kampjun ta' 48 siegħa.
Għandhom jiġu applikati prattiki internazzjonali tal-laboratorju tajbin bl-għan li tiġi minimizzata d-degradazzjoni tal-kampjuni bejn il-ġbir u l-analiżi.
3. L-għadd minimu annwali ta' kampjuni għandu jiġi determinat skont id-daqs tal-impjant tat-trattament u jinġabar f'intervalli regolari matul is-sena:
|
1 000 sa 9 999 e.p.:
|
Kampjun fix-xahar (ara n-Nota 1)
|
|
10 000 sa 49 999 e.p.:
|
Żewġ kampjuni fix-xahar
Għall-mikrosustanzi niġġiesa, kampjun fix-xahar
|
|
50 000 sa 149 999 e.p.:
|
Kampjun fil-ġimgħa.
Għall-mikrosustanzi niġġiesa, żewġ kampjuni fix-xahar
|
|
150 000 e.p. jew aktar:
|
Żewġ kampjuni fil-ġimgħa
Għall-mikrosustanzi niġġiesa, żewġ kampjuni fix-xahar
|
Nota 1: Għal agglomerazzjonijiet ikkonċernati minn attività staġjonali, intervalli ta' massimu ta' xahrejn mingħajr teħid ta' kampjuni huma aċċettati dment li jittieħdu kampjuni addizzjonali matul ix-xhur tal-attività staġjonali. Matul is-sena kollha għandhom jittieħdu total ta' 12-il kampjun.
4. L-ilma mormi urban ittrattat għandu jiġi preżunt li jikkonforma mal-parametri rilevanti jekk, għal kull parametru rilevanti meqjus individwalment, il-kampjuni tal-ilma juru li huwa konformi mal-valuri parametriċi rilevanti bil-mod kif ġej:
(a)
għall-parametri speċifikati fit-Tabelli 1 u 3, l-għadd massimu ta' kampjuni li huma permessi ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, espressi f'konċentrazzjonijiet jew tnaqqis perċentwali, jew it-tnejn, huwa speċifikat fit-Tabella 4;
(b)
għall-parametri speċifikati fit-Tabella 1 espressi f'konċentrazzjonijiet, il-kampjuni inaċċettabli meħuda taħt kundizzjonijiet normali ta' użu m'għandhomx jiddevjaw mill-valuri parametriċi b'aktar minn 100 %, ħlief għall-parametru tas-solidi sospiżi totali, li għalih jistgħu jkunu aċċettati d-devjazzjonijiet mill-valuri parametriċi sa 150 %;
(c)
għall-parametri speċifikati fit-Tabella 2, il-medja annwali tal-kampjuni għal kull parametru tikkonforma mal-valuri parametriċi rilevanti mniżżla f'dik it-tabella; il-valuri għall-konċentrazzjoni jew għall-perċentwal minimu tat-tnaqqis japplikaw;
(d)
għall-parametri speċifikati fit-Tabella 3, il-frekwenza tat-teħid ta' kampjuni msemmija fil-Parti C, il-punt 3, tfisser li jittieħed kampjun fid-dħul u kampjun jittieħed fl-iżbokk tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban sabiex tiġi verifikata l-konformità mal-perċentwal minimu ta' tneħħija tat-Tabella 3; il-perċentwal medju ta' tneħħija tas-sustanzi kollha użati fil-kalkolu jintuża sabiex jiġi vvalutat jekk intlaħaqx il-perċentwal minimu ta' 80 % meħtieġ.
5. Il-kampjuni għandhom jittieħdu biex jirriflettu t-tniġġis waqt il-fluss f'temp xott. Valuri estremi għall-kwalità tal-ilma inkwistjoni m'għandhomx jitqiesu meta dawn ikunu r-riżultat ta' sitwazzjonijiet mhux tas-soltu minħabba xita qawwija.
6. L-analiżi li jikkonċernaw skariki mil-lagunar għandhom isiru fuq kampjuni ffiltrati; madankollu, il-konċentrazzjoni tas-solidi sospiżi totali f'kampjuni ta' ilma mhux iffiltrat ma għandhiex taqbeż 150 mg/l.
Tabella 1: Rekwiżiti għal skariki minn impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban soġġett għall-Artikolu 6 ta’ din id-Direttiva. Il-valuri għall-konċentrazzjoni jew għall-perċentwal ta' tnaqqis għandhom japplikaw.
|
Parametri
|
Konċentrazzjoni
|
Perċentwal minimu ta' tnaqqis (ara n-Nota 4)
|
Metodu ta' kejl ta' referenza
|
|
Domanda bijokimika ta' ossiġnu (BOD5 f'temperatura ta' 20 oC) mingħajr nitrifikazzjoni (ara n-Nota 1)
|
25 mg/L O2
|
70-90
40 skont l-Artikolu 6(4)
|
Kampjun omoġeneizzat, mhux iffiltrat u mhux imsawwab. Determinazzjoni ta' ossiġnu maħlul qabel u wara inkubazzjoni ta' ħamest ijiem f'temperatura ta' 20 oC ± 1 oC, fi dlam totali. Żieda ta' inibitur ta' nitrifikazzjoni.
|
|
Domanda kimika ta' ossiġnu (COD) (ara n-Nota 2)
|
125 mg/L O2
|
75
|
Kampjun omoġeneizzat, mhux iffiltrat u mhux imsawwab Dikromat tal-potassju
|
|
Karbonju Organiku Totali (ara n-Nota 2)
|
37 mg/L
|
75
|
EN 1484
|
|
Solidi sospiżi totali
|
35 mg/L (ara n-Nota 3)
|
90 (ara n-Nota 3)
|
— Iffiltrar ta' kampjun rappreżentattiv minn ġo filtru ta' membrana ta' 0,45 μm. Tnixxif f'temperatura ta' 105 oC u użin
— Ċentrifugar ta' kampjun rappreżentattiv (għal tal-anqas ħames minuti b'aċċellerazzjoni medja ta' bejn 2 800 u 3 200 g), tnixxif f'temperatura ta' 105 oC u użin
|
Nota 1: Il-parametru jista' jinbidel b'ieħor: il-kontenut totali ta' karbonju organiku (TOC) jew id-domanda totali għall-ossiġnu (TOD) jekk tista' tiġi stabbilita relazzjoni bejn BOD5 u l-parametru sostitut.
Nota 2: L-Istati Membri għandhom ikejlu jew id-Domanda kimika ta' ossiġenu (COD) jew il-Kontenut totali ta' Karbonju Organiku.
Nota 3: Dan il-kriterju huwa diskrezzjonali.
Nota 4: Tnaqqis relatat mat-tagħbija tal-influwent.
Tabella 2: Rekwiżiti għat-trattament terzjarju tal-iskariki mill-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban imsemmija fl-Artikolu 7(1) jew minn impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jservu l-agglomerazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7(3). Għall-iskariki mill-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban imsemmija fl-Artikolu 7(1), għandhom japplikaw iż-żewġ parametri. Għall-agglomerazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7(3), jista' jiġi applikat parametru wieħed jew iż-żewġ parametri, skont is-sitwazzjoni lokali. Il-valuri għall-konċentrazzjoni jew għall-perċentwal ta' tnaqqis għandhom japplikaw.
|
Parametri
|
Konċentrazzjoni
|
Perċentwal ta' tnaqqis minimu
(ara n-Noti 1 u 2)
|
Metodu ta' kejl ta' referenza
|
|
Fosforu totali (ara n-Nota 4)
|
0,7 mg/l (10 000 e.p. u aktar iżda anqas minn 150 000 e.p.)
0,5 mg/l (150 000 e.p. u aktar)
|
87,5 (10 000 e.p. u aktar iżda anqas minn 150 000 e.p.)
90 (150 000 e.p. u aktar)
|
Spettrofotometrija ta' assorbiment molekolari
|
|
Nitroġenu totali (ara n-Nota 4)
|
10 mg/l (10 000 e.p. u ktar iżda anqas minn 150 000 e.p.)
8 mg/l (150 000 e.p. u aktar)
(ara n-Nota 5)
|
80
(ara n-Nota 3)
|
Spettrofotometrija ta' assorbiment molekolari
|
Nota 1: Tnaqqis relatat mat-tagħbija tal-influwent jew mat-tagħbija ġġenerata f'agglomerazzjoni jekk jista' jiġi żgurat l-istess livell ta' protezzjoni ambjentali.
Nota 2: Jekk frazzjoni tal-ilma mormi urban ittrattat tintuża għat-tisqija agrikola, in-nutrijenti f'dik il-frazzjoni jistgħu jiġu inklużi fil-kalkolu tat-tagħbija tal-influwent u jiġu esklużi mit-tagħbija skarikata.
▼C1
Nota 3: F'sitwazzjonijiet eċċezzjonali minħabba ċirkostanzi lokali speċifiċi, ir-retenzjoni tan-nitroġenu naturali tista' titqies fil-kalkolu tal-perċentwal minimu tat-tnaqqis fl-Istati Membri fejn ir-retenzjoni tan-nitroġenu naturali ġiet meqjusa fil-kalkolu tal-perċentwal minimu tat-tnaqqis tan-nitroġenu msemmi fit-Tabella 2 tal-Anness I tad-Direttiva 91/271/KEE u fejn jintwera li parti min-nitroġenu li oriġina minn ilma mormi urban jista' jiġi eliminat fl-ilmijiet riċeventi sal-31 ta’ Diċembru 2045 għall-kalkolu tal-perċentwal minimu tat-tnaqqis tan-nitroġenu msemmi fit-Tabella 2 ta’ dan l-Anness jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
▼B
(1)
iż-żmien medju ta' retenzjoni idrawlika tal-effluwent skarikat ikun ta' mill-inqas sena u nofs qabel ma jilħaq iż-żona sensittiva għan-nitroġenu deżinjata skont l-Artikolu 7(2);
(2)
jiġi żgurat programm kontinwu ta' monitoraġġ u valutazzjoni tal-parametru tan-nitroġenu totali:
(a)
fl-iżbokki tal-impjanti kollha tat-trattament tal-ilma mormi urban u fejn rilevanti fl-ilma tax-xeba' urban minn agglomerazzjonijiet ta' 10 000 e.p. u aktar li jinsabu fil-baċin idrografiku taż-żona deżinjata bħala sensittiva għan-nitroġenu skont l-Artikolu 7(2);
(b)
fid-dħul rilevanti taż-żona deżinjata skont l-Artikolu 7(2);
(c)
fil-postijiet tat-teħid tal-kampjuni rappreżentattivi fl-ilmijiet riċeventi u fil-korpi tal-ilma rilevanti fil-baċin idrografiku taż-żona deżinjati skont l-Artikolu 7(2);
(3)
il-perċentwal minimu tat-tnaqqis għan-nitroġenu tat-Tabella 2 jiġi ssodisfat; dak il-perċentwal għandu jiġi kkalkulat abbażi tad-data miġbura mill-programm kontinwu ta' monitoraġġ u valutazzjoni msemmi fil-punt (2);
(4)
jista' jintwera li r-rilaxxi tan-nitroġenu mill-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban fil-baċin idrografiku ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, inkluż għall-bijodiversità, u lis-saħħa tal-bniedem u ma jimmodifikawx l-ekosistema;
(5)
il-konċentrazzjoni tan-nutrijenti fiż-żoni msemmija fil-punt (c) tal-kundizzjoni (2) ikunu konformi mal-kundizzjoni stipulata fl-Anness V.1.2.1 tad-Direttiva 2000/60/KE biex jiġi definit stat ekoloġiku tajjeb ta' dawk iż-żoni;
(6)
l-użu tar-retenzjoni tan-nitroġenu naturali jiġi rrapportat lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 22(1)(a), kif ukoll lil Stati Membri ġirien potenzjalment affettwati, flimkien mal-elementi kollha meħtieġa biex jiġi vverifikat li l-kundizzjonijiet (1), (2), (3), (4) u (5) huma ssodisfati.
Nota 4: Dan ir-rekwiżit għandu japplika fl-1 ta’ Jannar 2025 għall-impjanti eżistenti tat-trattament tal-ilma mormi urban obbligati jilħqu l-iskadenzi stabbiliti skont l-Artikolu 7(1) u għall-agglomerazzjonijiet skont l-Artikolu 7(3). Sakemm jintlaħqu dawk l-iskadenzi, għal dawk l-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban għandhom japplikaw l-obbligi tal-Artikolu 32(3).
Nota 5: Meta t-temperatura fl-effluwent tar-reattur bijoloġiku tkun inqas minn 12 oC, ir-riżultati tal-kampjuni meħuda jistgħu jiġu esklużi mill-kalkolu tal-medja annwali għan-nitroġenu kif imsemmi fil-punt (4)(c) tal-Parti C ta' dan l-Anness meta jkun jista' jintwera dan kollu li ġej:
(1)
ikun żgurat li ma hemm ebda effett negattiv fuq l-ambjent;
(2)
ikunu meħtieġa kostijiet eċċessivi jew konsum eċċessiv ta' enerġija biex jintlaħqu l-valuri għan-nitroġenu fit-Tabella 2.
Meta t-temperatura fl-effluwent tar-reattur bijoloġiku tkun inqas minn 5 oC ir-riżultati tal-kampjuni meħuda jistgħu jiġu esklużi mill-kalkolu tal-medja annwali għan-nitroġenu kif imsemmi fil-punt (4)(c) tal-Parti C ta' dan l-Anness.
Tabella 3: Rekwiżiti għat-trattament kwaternarju ta' skariki mill-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban imsemmija fl-Artikolu 8(1) u/jew minn impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jservu l-agglomerazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8(4).
|
Indikaturi
|
Perċentwal minimu tat-tneħħija b'rabta mat-tagħbija tal-influwent
|
|
Sustanzi li jistgħu jniġġsu l-ilma anke f'konċentrazzjonijiet baxxi (ara n-Nota 1)
|
80 % (ara n-Nota 2)
|
Nota 1: Il-konċentrazzjoni tas-sustanzi organiċi msemmija fil-punti (a) u (b) għandha titkejjel.
(a)
Kategorija 1 (sustanzi li jistgħu jiġu ttrattati faċilment ħafna):
(i)
Amisulpridu (Nru CAS 71675-85-9),
(ii)
Karbamażepina (Nru CAS 298-46-4),
(iii)
Ċitalopram (Nru CAS 59729-33-8),
(iv)
Klaritromiċina (Nru CAS 81103-11-9),
(v)
Diklofenak (Nru CAS 15307-86-5),
(vi)
Idroklorotijażid (Nru CAS 58-93-5),
(vii)
Metoprolol (Nru CAS 37350-58-6),
(viii)
Venlafaksina (Nru CAS 93413-69-5);
(b)
Kategorija 2 (sustanzi li jistgħu jintremew faċilment):
(i)
Benżotriażol (Nru CAS 95-14-7),
(ii)
Kandesartan (Nru CAS 139481-59-7),
(iii)
Irbesartan (Nru CAS 138402-11-6),
(iv)
taħlita ta' 4-Metilbenżotriażol (Nru CAS 29878–31–7) u 5-metilbenżotriażol (Nru CAS 136-85-6).
Nota 2: Il-perċentwal tat-tneħħija għandu jiġi kkalkulat fuq fluss f'temp xott għal mill-inqas sitt sustanzi. L-għadd ta' sustanzi fil-kategorija 1 għandu jkun id-doppju tan-numru ta' sustanzi fil-kategorija 2. Jekk inqas minn sitt sustanzi jistgħu jitkejlu f'konċentrazzjoni suffiċjenti, l-awtorità kompetenti għandha tagħżel sustanzi oħra biex jitkejjel il-perċentwal minimu ta' tneħħija meta jkun meħtieġ. Il-medja tal-perċentwali speċifiċi tat-tneħħija tas-sustanzi uniċi kollha użati fil-kalkolu għandha tintuża biex jiġi vvalutat jekk intlaħaqx il-perċentwal minimu meħtieġ tat-tneħħija ta' 80 %.
Tabella 4: Rekwiżit għall-kampjuni
|
Serje ta' kampjuni meħuda fi kwalunkwe sena
|
L-għadd massimu permess ta' kampjuni li jonqsu milli jikkonformaw
|
|
4-7
|
1
|
|
8-16
|
2
|
|
17-28
|
3
|
|
29-40
|
4
|
|
41-53
|
5
|
|
54-67
|
6
|
|
68-81
|
7
|
|
82-95
|
8
|
|
96-110
|
9
|
|
111-125
|
10
|
|
126-140
|
11
|
|
141-155
|
12
|
|
156-171
|
13
|
|
172-187
|
14
|
|
188-203
|
15
|
|
204-219
|
16
|
|
220-235
|
17
|
|
236-251
|
18
|
|
252-268
|
19
|
|
269-284
|
20
|
|
285-300
|
21
|
|
301-317
|
22
|
|
318-334
|
23
|
|
335-350
|
24
|
|
351-365
|
25
|
|
|
ANNESS II ŻONI SENSITTIVI GĦALL-EWTROFIKAZZJONI
|
ANNESS II
ŻONI SENSITTIVI GĦALL-EWTROFIKAZZJONI
1. Żoni li jinsabu fil-baċini idrografiċi tal-Baħar Baltiku, il-Baħar l-Iswed, il-Baħar tat-Tramuntana u l-Baħar Adrijatiku identifikati bħala sensittivi għall-ewtrofikazzjoni skont id-Direttiva 2008/56/KE jew 2000/60/KE;
2. Għadajjar naturali b'ilma ħelu, masses oħra ta' ilma ħelu, ilmijiet estwarji u kostali li jinsabu li huma ewtrofiċi jew li fil-futur qrib jistgħu jsiru ewtrofiċi jekk ma tittieħed ebda azzjoni protettiva.
Fil-kunsiderazzjoni ta' liema nutrijent għandu jitnaqqas permezz ta' trattament ulterjuri għandhom jitqiesu l-elementi li ġejjin:
(a)
għadajjar u nixxigħat li jilħqu għadajjar/ġibjuni/bajjiet magħluqa li jkollhom skambju fqir ta' ilma, fejn jista' jkun hemm akkumulazzjoni. F'dawk iż-żoni, it-tneħħija tal-fosforu għandha tiġi inkluża sakemm ma jistax jintwera li t-tneħħija ma jkollha ebda effett fuq il-livell ta' ewtrofikazzjoni. Fejn isiru skariki minn agglomerazzjonijiet kbar, it-tneħħija tan-nitroġenu tista' tkun ikkunsidrata wkoll;
(b)
estwarji, bajjiet u ilmijiet kostali oħra li jkollhom skambju fqir ta' ilma, jew li jirċievu kwantitajiet kbar ta' nutrijenti. Skariki minn agglomerazzjonijiet żgħar f'dawk iż-żoni normalment ikunu ta' importanza minima, iżda għal agglomerazzjonijiet kbar, it-tneħħija tal-fosforu jew tan-nitroġenu, jew it-tnejn, għandha tkun inkluża ħlief jekk jista' jintwera li t-tneħħija ma jkollha ebda effett fuq il-livell ta' ewtrofikazzjoni.
3. Ilma ħelu tal-wiċċ maħsub għall-estrazzjoni tal-ilma tajjeb għax-xorb li jrid jkun fih aktar mill-konċentrazzjoni ta' nitrat stipulata skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva (UE) 2020/2184 jekk ma tittieħed ebda azzjoni protettiva.
4. Żoni fejn trattament ulterjuri minn dak preskritt fl-Artikolu 7 ta' din id-Direttiva jkun meħtieġ biex ikun hemm konformità ma' atti oħra tal-Unjoni fil-qasam ambjentali, inkluż b'mod partikolari korpi tal-ilma koperti mid-Direttiva 2000/60/KE li huma f'riskju li ma jżommux jew li ma jiksbux stat jew potenzjal ekoloġiku tajjeb.
5. Kwalunkwe żona oħra misjuba mill-Istati Membri li hija sensittiva għall-ewtrofikazzjoni.
|
|
ANNESS III LISTA TA' PRODOTTI KOPERTI MINN RESPONSABBILTÀ ESTIŻA TAL-PRODUTTUR
|
ANNESS III
LISTA TA' PRODOTTI KOPERTI MINN RESPONSABBILTÀ ESTIŻA TAL-PRODUTTUR
1. Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
14
).
2. Prodotti kożmetiċi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
15
).
|
|
ANNESS IV SETTURI INDUSTRIJALI
|
ANNESS IV
SETTURI INDUSTRIJALI
2. Manifattura ta' prodotti tal-frott u l-ħaxix
3. Manifattura u bbottiljar ta' luminati
4. Ipproċessar tal-patata
5. L-industrija tal-laħam
7. Produzzjoni ta' alkoħol u xorb alkoħoliku
8. Manifattura ta' għalf tal-annimali minn prodotti mill-pjanti
9. Manifattura tal-ġelatina u ta' kolla minn ġild u għadam
10. Bini li jintuża fil-produzzjoni tal-birra mix-xgħir
11. L-industrija tal-ipproċessar tal-ħut
|
|
ANNESS V KONTENUT TAL-PJANIJIET INTEGRATI TA' MMANIĠĠJAR TAL-BAĊINI TAX-XMAJJAR
|
ANNESS V
KONTENUT TAL-PJANIJIET INTEGRATI TA' MMANIĠĠJAR TAL-BAĊINI TAX-XMAJJAR
1. Analiżi tas-sitwazzjoni inizjali taż-żona ta' skular tal-agglomerazzjoni kkonċernata, inkluż mill-inqas dawn li ġejjin:
(a)
deskrizzjoni dettaljata tan-network tas-sistemi tal-ġbir, tal-kapaċitajiet tal-ħżin u tal-konduzzjoni tal-ilma mormi urban u tal-ilma tax-xeba' urban ta' dak in-network u l-kapaċitajiet eżistenti tat-trattament tal-ilma mormi urban f'każ ta' xita;
(b)
għal kanali tad-drenaġġ ikkombinati, analiżi dinamika tal-flussi tal-ilma mormi urban fil-każ ta' xita, ibbażata fuq data tal-monitoraġġ jew l-użu ta' mudelli idroloġiċi, idrawliċi u tal-kwalità tal-ilma li jqisu l-aktar projezzjonijiet klimatiċi avvanzati u li jinkludu stima tat-tagħbijiet tat-tniġġis tal-parametri msemmija fit-Tabella 1 u, fejn ikun rilevanti, fit-Tabella 2 tal-Anness I kif ukoll tal-mikroplastiċi u tas-sustanzi niġġiesa rilevanti rilaxxati fl-ilmijiet riċeventi f'każ ta' xita;
(c)
għal kanali tad-drenaġġ separati, deskrizzjoni dettaljata tar-rekwiżiti ta' monitoraġġ f'punti rilevanti tas-sistemi separati fejn l-iskariki tal-ilma tax-xaba' urban mistennija jkunu mniġġsa kif identifikat skont l-Artikolu 5(2), il-punt (d), biex jiġu identifikati l-miżuri rilevanti u fattibbli kif meħtieġ fil-punt 3 ta' dan l-Anness.
2. Objettivi għat-tnaqqis tat-tniġġis mit-tifwir tal-ilma tal-maltemp, inkluż dawn li ġejjin:
(a)
objettiv indikattiv mhux vinkolanti li t-tifwir tal-ilma tal-maltemp jirrappreżenta perċentwal żgħir li ma jistax ikun aktar minn 2 % tat-tagħbija annwali miġbura tal-ilma mormi urban ikkalkulata f'kundizzjonijiet ta' temp xott; dan l-objettiv indikattiv mhux vinkolanti għandu jintlaħaq billi:
(i)
sal-31 ta' Diċembru 2039 għall-agglomerazzjonijiet kollha ta' 100 000 e.p. u aktar;
(ii)
sal-31 ta' Diċembru 2045 għall-agglomerazzjonijiet ta' 10 000 e.p. u aktar imsemmija fl-Artikolu 5;
(b)
it-tnaqqis progressiv tal-makroplastiċi.
3. Il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fil-punt 2 f'konformità mal-iskadenzi mniżżla f’dak il-punt akkumpanjati minn skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-miżuri u distinzjoni bejn il-miżuri diġà fis-seħħ u dawk li għandhom jittieħdu. Għandu jkun fih ukoll identifikazzjoni ċara tal-atturi involuti u r-responsabbiltajiet tagħhom fl-implimentazzjoni tal-pjan integrat tal-ġestjoni tal-ilma mormi urban.
4. Meta jkunu qed jivvalutaw liema miżuri għandhom jittieħdu skont il-punt 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom iqisu mill-inqas dan li ġej:
(a)
miżuri preventivi li għandhom l-għan li jevitaw id-dħul ta' ilma tax-xita mhux imniġġes fis-sistemi tal-ġbir, inkluż miżuri li jippromwovu ż-żamma tal-ilma naturali jew il-ġbir tal-ilma tax-xita, u miżuri li għandhom l-għan li jżidu l-ispazji ħodor u blu f'żoni urbani sabiex jitnaqqas it-tifwir tal-ilma tal-maltemp jew jiġu limitati l-uċuħ impermeabbli fl-agglomerazzjonijiet;
(b)
miżuri biex jiġi ġestit u ottimizzat aħjar l-użu tal-infrastruttura eżistenti inkluż is-sistemi tal-ġbir, il-volumi tal-ħżin u l-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban bl-għan li jiġi żgurat li jiġu minimizzati r-rilaxxi ta' ilma mormi urban mhux ittrattat jew ta' ilma tax-xeba' urban imniġġes fl-ilmijiet riċeventi;
(c)
fejn meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi msemmija fil-punt 2, miżuri ta' mitigazzjoni addizzjonali inkluż l-adattament tal-infrastruttura għall-ġbir, il-ħżin u t-trattament tal-ilma mormi urban, bħall-konnessjoni ta' żoni urbani mibnija ġodda ma' kanali tad-drenaġġ separati, fejn rilevanti, jew il-ħolqien ta' infrastruttura ġdida bi prijorità mogħtija lil infrastruttura ħadra u blu bħal fosos veġetati, artijiet mistagħdra għat-trattament u għadajjar għall-ħżin imfassla biex jappoġġjaw il-bijodiversità. Fejn rilevanti, l-użu mill-ġdid tal-ilma għandu jitqies fil-kuntest tal-iżvilupp tal-pjanijiet integrati għall-immaniġġjar tal-ilma mormi urban imsemmija fl-Artikolu 5.
|
|
ANNESS VI INFORMAZZJONI GĦALL-PUBBLIKU
|
ANNESS VI
INFORMAZZJONI GĦALL-PUBBLIKU
(1) l-awtorità kompetenti u l-operatur(i) responsabbli għas-servizzi tal-ġbir u t-trattament tal-ilma mormi urban, inkluż informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda tal-operaturi u l-informazzjoni ta' kuntatt tagħhom;
(2) it-tagħbija totali tal-ilma mormi urban espressa f'ekwivalenti tal-popolazzjoni (e.p.) iġġenerata fl-agglomerazzjoni, b'dettalji dwar is-sehem ta' dik it-tagħbija (f'%) jiġifieri:
(a)
miġbur u ttrattat f'impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban;
(b)
ittrattat minn sistemi individwali rreġistrati;
(c)
mhux miġbur jew mhux ittrattat;
(3) fejn rilevanti, ġustifikazzjoni għaliex ċerta tagħbija ta' ilma mormi urban ma tinġabarx jew ma tiġix ittrattata;
(4) informazzjoni dwar il-kwalità tal-ilma mormi urban skarikat mill-agglomerazzjoni għal kull korp tal-ilma riċeventi, inkluż l-elementi li ġejjin:
(a)
konċentrazzjonijiet medji annwali u t-tagħbija ta' sustanzi niġġiesa koperti mill-Artikolu 21, rilaxxati minn kull impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban;
(b)
stima tat-tagħbija tal-iskariki minn sistemi individwali għall-parametri msemmija fit-Tabelli 1 u 2 tal-Anness I;
(c)
għall-agglomerazzjonijiet ta' 10 000 e.p. u aktar, stima tat-tagħbija tal-iskariki minn taħlita ta' drenaġġ u tifwir tal-ilma tal-maltemp għall-parametri msemmija fit-Tabelli 1 u 2 tal-Anness I;
(5) il-kostijiet annwali totali tal-investiment u l-kostijiet annwali totali operazzjonali, b'distinzjoni bejn il-kostijiet tal-ġbir u tat-trattament, il-kostijiet annwali totali relatati mal-persunal, l-enerġija, l-oġġetti għall-konsum, l-amministrazzjoni u kostijiet oħra kif ukoll il-kostijiet annwali medji operazzjonali u tal-investiment għal kull metru kubu ta' ilma mormi urban miġbur u ttrattat, u għal kull unità domestika medja fejn il-kostijiet jiġu rkuprati kompletament jew parzjalment permezz ta' sistema ta' tariffi tal-ilma jew, f'każijiet oħra, għal kull livell ta' agglomerazzjoni;
(6) informazzjoni dwar kif il-kostijiet imsemmija fil-punt (5) huma koperti u, fejn il-kostijiet jiġu rkuprati permezz ta' sistema ta' tariffi, informazzjoni dwar l-istruttura tat-tariffa għal kull metru kubu ta' ilma mormi urban miġbur u ttrattat dwar l-istruttura tat-tariffa jew għal kull metru kubu ta' ilma mormi urban miġbur u ttrattat jew għal kull metru kubu ta' ilma fornut, inkluż il-kostijiet fissi u varjabbli u diżaggregazzjoni bejn il-kostijiet għall-ġbir, it-trattament, l-amministrazzjoni u kostijiet oħra;
(7) il-pjanijiet ta' investiment għall-infrastruttura tal-ġbir u t-trattament tal-ilma mormi urban fil-livell tal-agglomerazzjoni, b'impatti mistennija fuq it-tariffi tas-servizz tal-ilma mormi urban, u l-benefiċċji finanzjarji u tas-soċjetali maħsuba;
(8) għal kull impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban ta' 10 000 e.p. u aktar:
(a)
it-tagħbija totali (f'e.p.) ittrattata u l-enerġija meħtieġa biex jiġi ttrattat l-ilma mormi urban (f'kWh totali u għal kull metru kubu);
(b)
l-enerġija rinnovabbli totali prodotta (GWh/sena) kull sena, inkluż diżaggregazzjoni skont is-sors tal-enerġija;
(9) l-emissjonijiet totali diretti ta' gassijiet b’effett ta’ serra (f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO2) prodotti jew evitati kull sena bit-tħaddim ta' infrastruttura tal-ġbir u t-trattament tal-ilma mormi urban ta' 10 000 e.p. u aktar f'kull agglomerazzjoni u, meta disponibbli, l-emissjonijiet totali indiretti ta' gassijiet b’effett ta’ serra (f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO2) prodotti b'mod partikolari matul il-kostruzzjoni ta' dik l-infrastruttura;
(10) sommarju tan-natura u tal-istatistika dwar l-ilmenti u tat-tweġibiet mogħtija mill-operaturi tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban dwar kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva;
(11) fuq talba ġustifikata, il-konsumaturi għandhom jingħataw aċċess għal data storika għal informazzjoni skont il-punti (2), (4), (8) u (9), li tmur lura sa għaxar snin, u mhux qabel l-1 ta’ Jannar 2025.
|
|
ANNESS VII
|
ANNESS VII
Parti A
Direttiva mħassra b'lista tal-emendi suċċessivi tagħha (imsemmija fl-Artikolu 32)
|
Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40)
|
|
|
Direttiva tal-Kummissjoni 98/15/KE (ĠU L 67, 7.3.1998, p. 29)
|
|
|
Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1)
|
Anness III, il-punt 21 biss
|
|
Regolament (KE) Nru 1137/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 21.11.2008, p. 1)
|
Anness, il-punt 4.2 biss
|
|
Direttiva tal-Kunsill 2013/64/UE (ĠU L 353, 28.12.2013, p. 8)
|
Artikolu 1 biss
|
Parti B
Limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali (imsemmija fl-Artikolu 32)
|
Direttiva
|
Limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni
|
|
91/271/KEE
|
30 ta' Ġunju 1993
|
|
98/15/KE
|
30 ta' Settembru 1998
|
|
2013/64/UE
|
31 ta' Diċembru 2018 fir-rigward tal-Artikolu 1(1), (2) u (3) 30 ta' Ġunju 2014 fir-rigward tal-Artikolu 1(5), punt (a) 31 ta' Diċembru 2014 fir-rigward tal-Artikolu 1(5), punt (b)
|
|
|
ANNESS VIII
|
ANNESS VIII
Tabella ta' korrelazzjoni
|
Direttiva 91/271/KEE
|
Din id-Direttiva
|
|
Artikolu 1
|
Artikolu 1
|
|
Artikolu 2, formulazzjoni introduttorja
|
Artikolu 2, formulazzjoni introduttorja
|
|
Artikolu 2, il-punti 1 sa 4
|
Artikolu 2, il-punti 1 sa 4
|
|
—
|
Artikolu 2, il-punti 5 u 6
|
|
Artikolu 2, il-punt 5
|
Artikolu 2, il-punt 7
|
|
—
|
Artikolu 2, il-punti 8 u 9
|
|
Artikolu 2, il-punt 6
|
Artikolu 2, il-punt 10
|
|
Artikolu 2, il-punt 7
|
Artikolu 2, il-punt 11
|
|
Artikolu 2, il-punt 8
|
Artikolu 2, il-punt 12
|
|
—
|
Artikolu 2, il-punti 13 u 14
|
|
Artikolu 2, il-punt 10
|
Artikolu 2, il-punt 15
|
|
Artikolu 2, il-punt 11
|
Artikolu 2, il-punt 16
|
|
—
|
Artikolu 2, il-punti 17 sa 28
|
|
Artikolu 3(1)
|
Artikolu 3(1)
|
|
—
|
Artikolu 3(2) u (3)
|
|
Artikolu 3(2)
|
Artikolu 3(4)
|
|
Artikolu 3(1), it-tielet subparagrafu
|
Artikolu 4(1)
|
|
—
|
Artikolu 4(2)
|
|
—
|
Artikolu 4(3)
|
|
—
|
Artikolu 4(4)
|
|
—
|
Artikolu 4(5)
|
|
—
|
Artikolu 4(6)
|
|
—
|
Artikolu 5
|
|
Artikolu 4(1)
|
Artikolu 6(1)
|
|
—
|
Artikolu 6(2)
|
|
—
|
Artikolu 6(3)
|
|
Artikolu 4(2)
|
Artikolu 6(4)
|
|
Artikolu 4(4)
|
Artikolu 6(5)
|
|
—
|
Artikolu 7(1)
|
|
—
|
Artikolu 7(2)
|
|
Artikolu 5(2)
|
Artikolu 7(3)
|
|
—
|
Artikolu 7(4)
|
|
–Artikolu 5(3)
|
Artikolu 7(5)
|
|
—
|
Artikolu 7(6) u (7)
|
|
Artikolu 5(4)
|
Artikolu 7(8)
|
|
Artikolu 5(5)
|
Artikolu 7(9)
|
|
Artikolu 5(7)
|
Artikolu 7(10)
|
|
—
|
Artikolu 7(11)
|
|
—
|
Artikolu 8
|
|
—
|
Artikolu 9
|
|
—
|
Artikolu 10
|
|
—
|
Artikolu 11
|
|
Artikolu 9
|
Artikolu 12(1) u (2)
|
|
—
|
Artikolu 12(3)
|
|
Artikolu 10
|
Artikolu 13
|
|
Artikolu 11(1)
|
Artikolu 14(1)
|
|
—
|
Artikolu 14(2)
|
|
—
|
Artikolu 14(3)
|
|
—
|
Artikolu 14(4)
|
|
Artikolu 11(3)
|
Artikolu 14(5)
|
|
Artikolu 12(1)
|
Artikolu 15(1)
|
|
Artikolu 12(2)
|
Artikolu 15(2)
|
|
Artikolu 12(3)
|
Artikolu 15(3)
|
|
—
|
Artikolu 15(4)
|
|
Artikolu 13(1)
|
Artikolu 16(1) u (2)
|
|
—
|
Artikolu 17
|
|
—
|
Artikolu 18
|
|
—
|
Artikolu 19
|
|
Artikolu 14(1)
|
Artikolu 20(1)
|
|
—
|
Artikolu 20(2)
|
|
Artikolu 15(1)
|
Artikolu 21(1)
|
|
—
|
Artikolu 21(2)
|
|
—
|
Artikolu 21(3) sa (6)
|
|
—
|
Artikolu 22
|
|
Artikolu 17(1)
|
Artikolu 23(1)
|
|
—
|
Artikolu 23(2)
|
|
Artikolu 17(3)
|
Artikolu 23(3)
|
|
—
|
Artikolu 23(4)
|
|
—
|
Artikolu 24
|
|
—
|
Artikolu 25
|
|
—
|
Artikolu 26
|
|
—
|
Artikolu 27
|
|
Artikolu 18
|
Artikolu 28
|
|
—
|
Artikolu 29
|
|
—
|
Artikolu 30
|
|
—
|
Artikolu 31
|
|
—
|
Artikolu 32
|
|
Artikolu 19
|
Artikolu 33
|
|
—
|
Artikolu 34
|
|
Artikolu 20
|
Artikolu 35
|
|
Anness I(A)
|
Anness I(A)
|
|
Anness I(B)
|
Anness I(B)
|
|
Anness I(C)
|
—
|
|
Anness I(D)
|
Anness I(C)
|
|
Anness II
|
Anness II
|
|
—
|
Anness III
|
|
Anness III
|
Anness IV
|
|
—
|
Anness V
|
|
—
|
Anness VI
|
|
—
|
Anness VII
|
|
—
|
Anness VIII
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L3019
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|