|
+Artikolu 10 5. |
Artikolu 10 5.Sabiex jiżguraw li s-sistema ta' responsabbiltà estiża tal-produttur tiġi implimentata bl-aħjar mod possibbli, b'mod partikolari minn perspettiva ta' kost-benefiċċju, l-Istati Membri għandhom jorganizzaw djalogi regolari dwar l-implimentazzjoni tagħha. Dan jista' jinkludi appoġġ għall-identifikazzjoni tal-miżuri li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti biex, fost oħrajn:
(a)
titnaqqas il-pressjoni tal-mikrosustanzi niġġiesa fis-sors, u
(b)
jiġu ddeterminati l-aktar teknoloġiji xierqa għat-trattament kwaternarju. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk id-djalogi jinvolvu l-partijiet ikkonċernati rilevanti u, fejn xieraq, l-assoċjazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati involuti fl-implimentazzjoni tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, inkluż il-produtturi u d-distributuri, l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, l-operaturi privati jew pubbliċi tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban, l-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|