+Artikolu 10 Rekwiżiti minimi għall-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.
---+Artikolu 10 6.
---+Artikolu 10 7.

Artikolu 10 Rekwiżiti minimi għall-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi stabbilita skont l-Artikolu 9(3):

(a) 

ikollha kopertura ġeografika definita b'mod ċar li tkun konsistenti mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 8;

(b) 

ikollha l-mezzi finanzjarji u organizzattivi meħtieġa biex tissodisfa l-obbligi tal-produtturi tar-responsabbiltà estiża tal-produtturi, inkluż garanziji finanzjarji biex tiġi żgurata l-kontinwità tat-trattament kwaternarju tal-ilma mormi urban f'konformità mal-Artikolu 8 f'kull ċirkostanza;

(c) 

tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku informazzjoni dwar:

(i) 

is-sjieda u l-membri tagħha;

(ii) 

il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-produtturi skont ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 9(3), it-tieni subparagrafu, il-punt (c);

(iii) 

l-attivitajiet li twettaq kull sena, inkluż informazzjoni ċara dwar kif jintużaw il-mezzi finanzjarji tagħha.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-miżuri jinkludu proċedura ta’ rikonoxximent nazzjonali li tiċċertifika l-konformità tal-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi mar-rekwiżiti stipulati f'dan il-paragrafu qabel l-istabbiliment u t-tħaddim effettivi tagħhom.

L-għoti ta' informazzjoni lill-pubbliku skont dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-preżervazzjoni tal-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjali f'konformità mal-liġit rilevanti tal-Unjoni u dik nazzjonali.

Artikolu 10 2.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas adegwat ta' monitoraġġ u infurzar biex jiżguraw li l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jissodisfaw l-obbligi tagħhom b'mod trasparenti, li l-mezzi finanzjarji tal-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jintużaw kif xieraq u li l-atturi kollha li jkollhom responsabbiltà estiża tal-produttur jirrapportaw data affidabbli lill-awtoritajiet kompetenti u, meta jintalbu, lill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi.
Artikolu 10 3.
Fejn, fit-territorju ta' Stat Membru, ikun hemm diversi organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, l-Istat Membru kkonċernat għandu jaħtar mill-inqas korp wieħed indipendenti mill-interessi privati jew jaħtar awtorità pubblika biex tissorvelja l-implimentazzjoni tal-Artikolu 9.
Artikolu 10 4.

Stat Membru għandu jiżgura li l-produtturi stabbiliti fit-territorju ta' Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz, u li jqiegħdu l-prodotti fis-suq ta’ dak l-Istat Membru:

(a) 

jaħtru persuna ġuridika jew fiżika stabbilita fit-territorju tiegħu bħala rappreżentant awtorizzat sabiex jissodisfa l-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur fit-territorju tiegħu; jew

(b) 

jieħdu miżuri ekwivalenti għall-punt (a).

Artikolu 10 5.

Sabiex jiżguraw li s-sistema ta' responsabbiltà estiża tal-produttur tiġi implimentata bl-aħjar mod possibbli, b'mod partikolari minn perspettiva ta' kost-benefiċċju, l-Istati Membri għandhom jorganizzaw djalogi regolari dwar l-implimentazzjoni tagħha. Dan jista' jinkludi appoġġ għall-identifikazzjoni tal-miżuri li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti biex, fost oħrajn:

(a) 

titnaqqas il-pressjoni tal-mikrosustanzi niġġiesa fis-sors, u

(b) 

jiġu ddeterminati l-aktar teknoloġiji xierqa għat-trattament kwaternarju.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk id-djalogi jinvolvu l-partijiet ikkonċernati rilevanti u, fejn xieraq, l-assoċjazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati involuti fl-implimentazzjoni tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, inkluż il-produtturi u d-distributuri, l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, l-operaturi privati jew pubbliċi tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban, l-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

Artikolu 10 6.

Sal-1 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni għandha tipprevedi l-organizzazzjoni ta' skambju ta' informazzjoni, esperjenza u l-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 9 u dan l-Artikolu u b'mod partikolari dwar:

(a) 

il-miżuri għall-kontroll tal-istabbiliment, ir-rikonoxximent u l-funzjonament tal-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi;

(b) 

il-miżuri għall-kontroll tal-konformità tal-produtturi mal-obbligi tagħhom definiti f'din id-Direttiva;

(c) 

l-implimentazzjoni effettiva ta':

(i) 

il-kopertura tal-kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 9(1), u

(ii) 

il-kontrolli tal-metodi tal-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet tal-produtturi mill-organizzazzjoni b'responsabbiltà tal-produtturi kif imsemmi fl-Artikolu 9(3), il-punt (c);

(d) 

l-eżenzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 9(2);

(e) 

kwalunkwe kwistjoni oħra marbuta mal-implimentazzjoni effettiva tal-Artikolu 9 u dan l-Artikolu;

(f) 

l-impatti possibbli tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 9 fuq l-aċċessibbiltà, id-disponibbiltà u l-affordabbiltà tal-mediċini mqiegħda fis-suq tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati tal-iskambju ta' informazzjoni, l-esperjenza u l-aħjar prattiki dwar dawk l-aspetti u dwar aspetti rilevanti oħra, u fejn ikun rilevanti, tagħti rakkomandazzjonijiet jew linji gwida, jew it-tnejn, lill-Istati Membri.

Artikolu 10 7.
Abbażi tal-informazzjoni provduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u taġġorna b'mod regolari lista tat-talbiet għal eżenzjonijiet li tirċievi mill-Istati Membri minn produtturi skont l-Artikolu 9(2). Meta jitolbuha, dik il-lista għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetentital-Istati Membri.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L3019
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.