|
+Artikolu 17 1. |
Artikolu 17 1.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema nazzjonali għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-saħħa pubblika u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mit-trattament tal-ilma mormi urban fir-rigward ta':
(a)
l-identifikazzjoni tal-parametri rilevanti tas-saħħa pubblika li għandhom jiġu mmonitorjati mill-inqas fid-dħul tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban, b'kunsiderazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet disponibbli, fost oħrajn, miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), mill-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f'Każ ta' Emerġenza tas-Saħħa (HERA) u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) bħal:
(i)
il-virus tas-SARS-CoV-2 u l-varjanti tiegħu;
(ii)
il-virus tal-poljo;
(iii)
il-virus tal-influwenza;
(iv)
patoġeni emerġenti;
(v)
kwalunkwe parametru ieħor tas-saħħa pubblika li jitqies rilevanti mill-awtoritajiet kompetenti għall-monitoraġġ;
(b)
l-allokazzjoni ċara tar-rwoli, ir-responsabbiltajiet u l-kostijiet fost l-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, inkluż fejn relatati mat-teħid ta' kampjuni u l-analiżi;
(c)
id-determinazzjoni tal-post u tal-frekwenza tat-teħid ta' kampjuni u l-analiżi tal-ilma mormi urban għal kull parametru tas-saħħa pubblika identifikat f'konformità mal-punt (a), wara li kkunsidra d-data disponibbli dwar is-saħħa u l-ħtiġijiet f'termini ta' data dwar is-saħħa pubblika u, fejn rilevanti, is-sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi lokali;
(d)
l-organizzazzjoni ta' komunikazzjoni xierqa u f'waqtha tar-riżultati tal-monitoraġġ lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-saħħa pubblika u, fejn rilevanti, lill-awtoritajiet kompetenti għall-ilma tax-xorb sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2020/2184 u lill-pjattaformi tal-Unjoni, fejn tali pjattaformi jkunu disponibbli, u f'konformità mal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|