+Artikolu 17 Sorveljanza tal-ilma mormi urban
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.
|
Artikolu 17 Sorveljanza tal-ilma mormi urban
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema nazzjonali għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-saħħa pubblika u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mit-trattament tal-ilma mormi urban fir-rigward ta':
(a)
l-identifikazzjoni tal-parametri rilevanti tas-saħħa pubblika li għandhom jiġu mmonitorjati mill-inqas fid-dħul tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban, b'kunsiderazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet disponibbli, fost oħrajn, miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), mill-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f'Każ ta' Emerġenza tas-Saħħa (HERA) u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) bħal:
(i)
il-virus tas-SARS-CoV-2 u l-varjanti tiegħu;
(v)
kwalunkwe parametru ieħor tas-saħħa pubblika li jitqies rilevanti mill-awtoritajiet kompetenti għall-monitoraġġ;
(b)
l-allokazzjoni ċara tar-rwoli, ir-responsabbiltajiet u l-kostijiet fost l-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, inkluż fejn relatati mat-teħid ta' kampjuni u l-analiżi;
(c)
id-determinazzjoni tal-post u tal-frekwenza tat-teħid ta' kampjuni u l-analiżi tal-ilma mormi urban għal kull parametru tas-saħħa pubblika identifikat f'konformità mal-punt (a), wara li kkunsidra d-data disponibbli dwar is-saħħa u l-ħtiġijiet f'termini ta' data dwar is-saħħa pubblika u, fejn rilevanti, is-sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi lokali;
(d)
l-organizzazzjoni ta' komunikazzjoni xierqa u f'waqtha tar-riżultati tal-monitoraġġ lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-saħħa pubblika u, fejn rilevanti, lill-awtoritajiet kompetenti għall-ilma tax-xorb sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2020/2184 u lill-pjattaformi tal-Unjoni, fejn tali pjattaformi jkunu disponibbli, u f'konformità mal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali.
|
|
Artikolu 17 2.
|
Meta tiġi ddikjarata emerġenza tas-saħħa pubblika mill-awtorità kompetenti responsabbli għas-saħħa pubblika fi Stat Membru, il-parametri rilevanti tas-saħħa pubblika għandhom jiġu mmonitorjati fl-ilma mormi urban minn distribuzzjoni rappreżentattiva tal-popolazzjoni nazzjonali, sa fejn il-parametri rilevanti tas-saħħa jinsabu fl-ilma mormi urban. Dak il-monitoraġġ għandu jkompli sakemm l-awtorità kompetenti tiddikjara li l-emerġenza tas-saħħa pubblika tkun intemmet, jew għal perjodu ta' żmien itwal jekk jitqies li jkun utli għal skopijiet oħra minn dik l- awtorità kompetenti. Sabiex tiddetermina jekk ikunx hemmx emerġenza tas-saħħa pubblika, l-awtorità kompetenti għandha tqis id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni adottati skont l-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) 2022/2371, il-valutazzjonijiet tal-ECDC, u d-deċiżjonijiet tad-WHO meħuda f'konformità mar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa.
|
|
Artikolu 17 3.
|
Għall-agglomerazzjonijiet ta' 100 000 e.p. u aktar, l-Istati Membri għandhom, sal-aħħar jum tat-tieni sena mid-data tal-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni fit-tieni subparagrafu, jiżguraw li tiġi mmonitorjata r-reżistenza għall-antimikrobiċi fl-ilma mormi urban. Sat-2 ta’ Lulju 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi frekwenza minima ta' kampjunar u metodoloġija armonizzata għall-kejl tar-reżistenza għall-antimikrobiċi fl-ilma mormi urban, filwaqt li tqis mill-inqas id-data kollha disponibbli mill-awtoritajiet nazzjonali tas-saħħa pubblika u mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-monitoraġġ tar-reżistenza għall-antimikrobiċi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adotti f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).
|
|
Artikolu 17 4.
|
Ir-riżultati mill-monitoraġġ imsemmi f'dan l-Artikolu għandhom jiġu rrapportati f'konformità mal-Artikolu 22(1), il-punt (h).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L3019
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|