+Artikolu 18 2.

Artikolu 18 2.

Fejn ikunu ġew identifikati riskji f'konformità mal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa biex jindirizzawhom, inkluż, fejn ikun xieraq, il-miżuri li ġejjin:

(a) 

it-teħid ta' miżuri addizzjonali għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tat-tniġġis tal-ilma mormi urban fis-sors, fejn meħtieġ biex tiġi salvagwardjata l-kwalità tal-korp ta' ilma riċeventi, biex jikkumplementaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 14(3);

(b) 

l-istabbiliment ta' sistemi tal-ġbir f'konformità mal-Artikolu 3 għal agglomerazzjonijiet ta' inqas minn 1 000 e.p.;

(c) 

l-applikazzjoni ta' trattament sekondarju f'konformità mal-Artikolu 6 għal skariki ta' ilma mormi urban minn agglomerazzjonijiet ta' inqas minn 1 000 e.p.;

(d) 

l-applikazzjoni ta' trattament terzjarju f'konformità mal-Artikolu 7 għal skariki ta' ilma mormi urban minn agglomerazzjonijiet ta' inqas minn 10 000 e.p.;

(e) 

l-applikazzjoni ta' trattament kwaternarju f'konformità mal-Artikolu 8 għal skariki ta' ilma mormi urban minn agglomerazzjonijiet ta' inqas minn 10 000 e.p,, b'mod partikolari fejn l-ilma mormi urban jiġi skarikat f'korpi ta' ilma użati għall-estrazzjoni ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, ilma għall-għawm, korpi tal-lima fejn isiru attivitajiet ta' akkwakultura, u fejn l-ilma mormi urban ittrattat jerġa' jintuża għal skopijiet agrikoli;

(f) 

l-istabbiliment ta' pjanijiet integrati għall-immaniġġjar ta' ilma mormi urban f'konformità mal-Artikolu 5 għal agglomerazzjonijiet ta' inqas minn 10 000 e.p. u l-adozzjoni tal-miżuri msemmija fl-Anness V;

(g) 

l-applikazzjoni ta' rekwiżiti għat-trattament tal-ilma mormi urban miġbur li jkunu aktar stretti mir-rekwiżiti stipulati fil-Parti B tal-Anness I.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L3019
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.