+Artikolu 18 Valutazzjoni u ġestjoni tar-riskji
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
|
Artikolu 18 Valutazzjoni u ġestjoni tar-riskji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1.
|
Sal-31 ta' Diċembru 2027, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jivvalutaw ir-riskji li l-iskariki tal-ilma mormi urban jikkawżaw lill-ambjent u lis-saħħa tal-bniedem, b'kunsiderazzjoni tal-varjazzjonijiet staġonali u ta' avvenimenti straordinarji, u mill-inqas ir-riskji relatati ma' dawn li ġejjin:
(a)
il-kwalità ta' korp tal-ilma użat għall-estrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2020/2184;
(b)
il-kwalità tal-ilma għall-għawm li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2006/7/KE;
(c)
il-kwalità ta' korp tal-ilma fejn isiru attivitajiet tal-akkwakultura kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (25), tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;
(d)
l-istat tal-korp ta' ilma ta' taħt l-art riċeventi kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 19, tad-Direttiva 2000/60/KE kif ukoll l-objettivi ambjentali l-oħra kollha kif imniżżla fl-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva għall-korp ta' ilma ta' taħt l-art riċeventi;
(e)
l-istat tal-ambjent tal-baħar kif definit fl-Artikolu 3, il-punt 5, tad-Direttiva 2008/56/KE;
(f)
l-istat tal-korp ta' ilma tal-wiċċ riċeventi kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 17, tad-Direttiva 2000/60/KE kif ukoll l-objettivi ambjentali l-oħra kollha kif imniżżla fl-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva għall-korp ta' ilma tal-wiċċ riċeventi.
|
|
Artikolu 18 2.
|
Fejn ikunu ġew identifikati riskji f'konformità mal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa biex jindirizzawhom, inkluż, fejn ikun xieraq, il-miżuri li ġejjin:
(a)
it-teħid ta' miżuri addizzjonali għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tat-tniġġis tal-ilma mormi urban fis-sors, fejn meħtieġ biex tiġi salvagwardjata l-kwalità tal-korp ta' ilma riċeventi, biex jikkumplementaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 14(3);
(b)
l-istabbiliment ta' sistemi tal-ġbir f'konformità mal-Artikolu 3 għal agglomerazzjonijiet ta' inqas minn 1 000 e.p.;
(c)
l-applikazzjoni ta' trattament sekondarju f'konformità mal-Artikolu 6 għal skariki ta' ilma mormi urban minn agglomerazzjonijiet ta' inqas minn 1 000 e.p.;
(d)
l-applikazzjoni ta' trattament terzjarju f'konformità mal-Artikolu 7 għal skariki ta' ilma mormi urban minn agglomerazzjonijiet ta' inqas minn 10 000 e.p.;
(e)
l-applikazzjoni ta' trattament kwaternarju f'konformità mal-Artikolu 8 għal skariki ta' ilma mormi urban minn agglomerazzjonijiet ta' inqas minn 10 000 e.p,, b'mod partikolari fejn l-ilma mormi urban jiġi skarikat f'korpi ta' ilma użati għall-estrazzjoni ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, ilma għall-għawm, korpi tal-lima fejn isiru attivitajiet ta' akkwakultura, u fejn l-ilma mormi urban ittrattat jerġa' jintuża għal skopijiet agrikoli;
(f)
l-istabbiliment ta' pjanijiet integrati għall-immaniġġjar ta' ilma mormi urban f'konformità mal-Artikolu 5 għal agglomerazzjonijiet ta' inqas minn 10 000 e.p. u l-adozzjoni tal-miżuri msemmija fl-Anness V;
(g)
l-applikazzjoni ta' rekwiżiti għat-trattament tal-ilma mormi urban miġbur li jkunu aktar stretti mir-rekwiżiti stipulati fil-Parti B tal-Anness I.
|
|
Artikolu 18 3.
|
L-identifikazzjoni tar-riskji mwettqa f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi rieżaminata kull sitt snin f’konformità mal-mument meta jsir ir-rieżami tal-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar u li jibdew fil-31 ta' Diċembru 2033. Fil-pjanijiet xierqa ta' mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar u fil-programmi nazzjonali ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 23 għandu jiġi inkluż sommarju tar-riskji identifikati flimkien ma' deskrizzjoni tal-miżuri adottati f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u, fuq talba, dawn għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni. Dak is-sommarju għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L3019
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|