|
+Artikolu 22 1. |
Artikolu 22 1.L-Istati Membri, megħjuna mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), għandhom:
(a)
sal-31 ta' Diċembru 2028, jistabbilixxu sett ta' data li jkun fih l-informazzjoni miġbura f'konformità mal-Artikolu 21, li tinkludi informazzjoni dwar il-parametri msemmija fl-Artikolu 21(1), il-punt (a), u r-riżultati tat-testijiet fir-rigward tal-kriterji ta' aċċettabbiltà/inaċettabbiltà stabbiliti fil-Parti C tal-Anness I u minn hemm 'il quddiem taġġorna dak is-sett ta' data kull sena;
(b)
sal-31 ta' Diċembru 2028, jistabbilixxu sett ta' data li jindika l-perċentwal ta' ilma mormi urban li jinġabar u jiġi ttrattat f'konformità mal-Artikolu 3 u minn hemm 'il quddiem jaġġornaw dak is-sett ta' data kull sena;
(c)
sal-31 ta' Diċembru 2028, jistabbilixxu sett ta' data li jkun fih informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 4(5) u dwar il-perċentwal tat-tagħbija tal-ilma mormi urban minn agglomerazzjonijiet ta' aktar minn 2 000 e.p. li jiġi ttrattat f'sistemi individwali u minn hemm 'il quddiem jaġġornaw dak is-sett ta' data kull sena;
(d)
sal-31 ta' Diċembru 2028, jistabbilixxu sett ta' data li jkun fih informazzjoni dwar l-għadd ta' kampjuni miġbura u l-għadd ta' kampjuni meħuda f'konformità mal-Parti C tal-Anness I li kienu inaċċettabbli u minn hemm 'il quddiem jaġġornaw dak is-sett ta' data kull sena;
(e)
sat-12 ta' Jannar 2029, jistabbilixxu sett ta' data li jkun fih informazzjoni dwar il-miżuri meħuda biex jittejjeb l-aċċess għal faċilitajiet sanitarji f'konformità mal-Artikolu 19, il-punti (a), (b) u (c), inkluż informazzjoni dwar is-sehem tal-popolazzjoni tagħhom li għandha aċċess għal faċilitajiet sanitarji f'agglomerazzjonijiet ta' 10 000 e.p. u aktar u minn hemm 'il quddiem jaġġornaw dak is-sett ta' data kull sitt snin;
(f)
sal-31 ta' Diċembru 2030, jistabbilixxu sett ta' data li jkun fih informazzjoni dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet b’effett ta’ serra bi tqassim bejn gassijiet differenti u dwar l-enerġija totali użata u l-enerġija rinnovabbli prodotta minn kull impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban ta' 10 000 e.p. u aktar kif ukoll kalkolu tal-perċentwal tal-ilħuq tal-miri mniżżla fl-Artikolu 11(2), il-perċentwal ta' enerġija mixtrija minn sorsi ta' fjuwils mhux fossili u, meta disponibbli akkumpanjat minn diżaggregazzjoni tat-tipi differenti ta' sors ta' enerġija minn fjuwils mhux fossili użat, fejn tintuża d-deroga msemmija fl-Artikolu 11(3), u minn hemm' il quddiem jaġġornaw dak is-sett ta' data kull sena;
(g)
sal-31 ta' Diċembru 2030, jistabbilixxu sett ta' data li jkun fih informazzjoni dwar il-miżuri meħuda f'konformità mal-punt 3 tal-Anness V u minn hemm 'il quddiem jaġġornaw dak is-sett ta' data kull sena;
(h)
sal-31 ta' Diċembru 2030, jistabbilixxu sett ta' data li jkun fih ir-riżultati tal-monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 17(1) u (3) u minn hemm 'il quddiem jaġġornaw dak is-sett ta' data kull sena;
(i)
sal-31 ta' Diċembru 2030, jistabbilixxu sett ta' data li jkun fih il-lista ta' żoni identifikati bħala sensittivi għall-ewtrofikazzjoni u jaġġornaw dak is-sett ta' data f'konformità mal-Artikolu 7(2);
(j)
sal-31 ta' Diċembru 2030, jistabbilixxu sett ta' data li jkun fih il-lista ta' żoni identifikati bħala żoni fejn il-konċentrazzjoni jew l-akkumulazzjoni ta' mikrosustanzi niġġiesa tirrappreżenta riskju għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem u jaġġornaw dak is-sett ta' data f'konformità mal-Artikolu 8(2);
(k)
fejn jużaw bijomedia, jistabbilixxu, sal-31 ta’ Diċembru 2030, sett ta' data li jkun fih it-tip ta' bijomedia użata u deskrizzjoni qasira tal-miżuri meħuda mill-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban bl-użu tal-bijomedia biex jiġi evitat it-tixrid fl-ambjent, u minn hemm' il quddiem jaġġornaw dak is-sett ta' data kull ħames snin;
(l)
sal-31 ta' Diċembru 2030, jistabbilixxu sett ta' data li jkun fih ir-riżultati tal-monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 21(1), il-punt (c), bi tqabbil ma' kemm għandhom bżonn ilma u nutrijenti fix-xahar l-għelejjel fil-mira tal-frazzjoni tal-ilma mormi urban ittrattat u użat mill-ġdid imsemmi fl-Artikolu 15(1), u minn hemm 'il quddiem jaġġornaw dak is-sett ta' data kull sena. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|