+Artikolu 22 Informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
---+Artikolu 22 4.
|
Artikolu 22 Informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22 1.
|
L-Istati Membri, megħjuna mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), għandhom:
(a)
sal-31 ta' Diċembru 2028, jistabbilixxu sett ta' data li jkun fih l-informazzjoni miġbura f'konformità mal-Artikolu 21, li tinkludi informazzjoni dwar il-parametri msemmija fl-Artikolu 21(1), il-punt (a), u r-riżultati tat-testijiet fir-rigward tal-kriterji ta' aċċettabbiltà/inaċettabbiltà stabbiliti fil-Parti C tal-Anness I u minn hemm 'il quddiem taġġorna dak is-sett ta' data kull sena;
(b)
sal-31 ta' Diċembru 2028, jistabbilixxu sett ta' data li jindika l-perċentwal ta' ilma mormi urban li jinġabar u jiġi ttrattat f'konformità mal-Artikolu 3 u minn hemm 'il quddiem jaġġornaw dak is-sett ta' data kull sena;
(c)
sal-31 ta' Diċembru 2028, jistabbilixxu sett ta' data li jkun fih informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 4(5) u dwar il-perċentwal tat-tagħbija tal-ilma mormi urban minn agglomerazzjonijiet ta' aktar minn 2 000 e.p. li jiġi ttrattat f'sistemi individwali u minn hemm 'il quddiem jaġġornaw dak is-sett ta' data kull sena;
(d)
sal-31 ta' Diċembru 2028, jistabbilixxu sett ta' data li jkun fih informazzjoni dwar l-għadd ta' kampjuni miġbura u l-għadd ta' kampjuni meħuda f'konformità mal-Parti C tal-Anness I li kienu inaċċettabbli u minn hemm 'il quddiem jaġġornaw dak is-sett ta' data kull sena;
(e)
sat-12 ta' Jannar 2029, jistabbilixxu sett ta' data li jkun fih informazzjoni dwar il-miżuri meħuda biex jittejjeb l-aċċess għal faċilitajiet sanitarji f'konformità mal-Artikolu 19, il-punti (a), (b) u (c), inkluż informazzjoni dwar is-sehem tal-popolazzjoni tagħhom li għandha aċċess għal faċilitajiet sanitarji f'agglomerazzjonijiet ta' 10 000 e.p. u aktar u minn hemm 'il quddiem jaġġornaw dak is-sett ta' data kull sitt snin;
(f)
sal-31 ta' Diċembru 2030, jistabbilixxu sett ta' data li jkun fih informazzjoni dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet b’effett ta’ serra bi tqassim bejn gassijiet differenti u dwar l-enerġija totali użata u l-enerġija rinnovabbli prodotta minn kull impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban ta' 10 000 e.p. u aktar kif ukoll kalkolu tal-perċentwal tal-ilħuq tal-miri mniżżla fl-Artikolu 11(2), il-perċentwal ta' enerġija mixtrija minn sorsi ta' fjuwils mhux fossili u, meta disponibbli akkumpanjat minn diżaggregazzjoni tat-tipi differenti ta' sors ta' enerġija minn fjuwils mhux fossili użat, fejn tintuża d-deroga msemmija fl-Artikolu 11(3), u minn hemm' il quddiem jaġġornaw dak is-sett ta' data kull sena;
(g)
sal-31 ta' Diċembru 2030, jistabbilixxu sett ta' data li jkun fih informazzjoni dwar il-miżuri meħuda f'konformità mal-punt 3 tal-Anness V u minn hemm 'il quddiem jaġġornaw dak is-sett ta' data kull sena;
(h)
sal-31 ta' Diċembru 2030, jistabbilixxu sett ta' data li jkun fih ir-riżultati tal-monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 17(1) u (3) u minn hemm 'il quddiem jaġġornaw dak is-sett ta' data kull sena;
(i)
sal-31 ta' Diċembru 2030, jistabbilixxu sett ta' data li jkun fih il-lista ta' żoni identifikati bħala sensittivi għall-ewtrofikazzjoni u jaġġornaw dak is-sett ta' data f'konformità mal-Artikolu 7(2);
(j)
sal-31 ta' Diċembru 2030, jistabbilixxu sett ta' data li jkun fih il-lista ta' żoni identifikati bħala żoni fejn il-konċentrazzjoni jew l-akkumulazzjoni ta' mikrosustanzi niġġiesa tirrappreżenta riskju għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem u jaġġornaw dak is-sett ta' data f'konformità mal-Artikolu 8(2);
(k)
fejn jużaw bijomedia, jistabbilixxu, sal-31 ta’ Diċembru 2030, sett ta' data li jkun fih it-tip ta' bijomedia użata u deskrizzjoni qasira tal-miżuri meħuda mill-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban bl-użu tal-bijomedia biex jiġi evitat it-tixrid fl-ambjent, u minn hemm' il quddiem jaġġornaw dak is-sett ta' data kull ħames snin;
(l)
sal-31 ta' Diċembru 2030, jistabbilixxu sett ta' data li jkun fih ir-riżultati tal-monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 21(1), il-punt (c), bi tqabbil ma' kemm għandhom bżonn ilma u nutrijenti fix-xahar l-għelejjel fil-mira tal-frazzjoni tal-ilma mormi urban ittrattat u użat mill-ġdid imsemmi fl-Artikolu 15(1), u minn hemm 'il quddiem jaġġornaw dak is-sett ta' data kull sena.
|
|
Artikolu 22 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni u l-EEA jkollhom aċċess għas-settijiet ta' data msemmija fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 22 3.
|
L-informazzjoni rrapportata mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 166/2006 għandha titqies għar-rapportar meħtieġ skont dan l-Artikolu għal dawk is-sustanzi niġġiesa relatati mal-ilma mormi urban. Fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-EEA għandha tipprovdi lill-pubbliku b'aċċess għad-data rilevanti permezz tar-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006.
|
|
Artikolu 22 4.
|
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f'konformità mal-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 28(2) sal-31 ta' Diċembru 2028 għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (e), (f), (g), (h), (j), (k) u (l) Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tispeċifika l-format tal-informazzjoni li għandha tiġi provduta f'konformità mal-paragrafu 1, il-punti (a), (b), (c), (d) u (i). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati bil-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L3019
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|