|
+Artikolu 23 1. |
Artikolu 23 1.Sal-1 ta’ Jannar 2028, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programm ta' implimentazzjoni nazzjonali għal din id-Direttiva. Dawk il-programmi għandhom jinkludu:
(a)
valutazzjoni tal-livell ta' implimentazzjoni tal-Artikoli 3 sa 8;
(b)
l-identifikazzjoni u l-ippjanar tal-investimenti meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għal kull agglomerazzjoni, inkluż stima finanzjarja indikattiva u meta tkun disponibbli stima tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 10, u prijoritizzazzjoni ta' dawk l-investimenti relatati mad-daqs tal-agglomerazzjoni u l-livell tal-impatt ambjentali tal-iskariki tal-ilma mormi urban mhux ittrattat u r-riskji relatati għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem;
(c)
stima tal-investimenti meħtieġa għat-tiġdid, l-aġġornament jew is-sostituzzjoni tal-infrastruttura eżistenti tal-ilma mormi urban, inkluż sistemi tal-ġbir, abbażi tar-rati ta' deprezzament, u l-kundizzjonijiet tekniċi u operazzjonali, bl-għan li tiġi evitata l-possibbiltà ta' tnixxija, infiltrazzjoni u influss konness ħażin fis-sistemi tal-ġbir, u bl-użu, fejn xieraq, ta' strumenti diġitali;
(d)
l-identifikazzjoni, jew għall-inqas indikazzjoni, ta' sorsi potenzjali ta' finanzjament pubbliku, meta meħtieġa biex jikkomplementaw it-tariffi tal-utent;
(e)
kwalunkwe informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 6(3) u 7(4) fejn applikabbli. L-Istati Membri jistgħu jkomplu jużaw il-finanzjament disponibbli tal-Unjoni għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, sabiex jiżguraw li ċ-ċittadini kollha jibbenefikaw b'mod ugwali minn ġbir u trattament effiċjenti tal-ilma mormi urban. L-Istati Membri jistgħu wkoll jiskambjaw l-aħjar prattiki dwar kif jista' jittejjeb l-assorbiment tal-fondi tal-Unjoni. Meta, waqt l-implimentazzjoni tal-programm ta' implimentazzjoni nazzjonali tiegħu, Stat Membru jistabbilixxi li, minħabba n-neċessità li jiġi ppreservat il-wirt kulturali, mhuwiex possibbli li tiġi rispettata l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 3(2) jew l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 6(3) jew it-tnejn li huma f'oqsma speċifiċi, dak l-Istat Membru għandu jaġġorna l-programm ta' implimentazzjoni nazzjonali tiegħu. Dak l-aġġornament għandu jkun fih lista tal-agglomerazzjonijiet biż-żoni kkonċernati, ġustifikazzjoni dettaljata li turi li l-bini tal-infrastruttura meħtieġa huwaa partikolarment diffiċli minħabba n-neċessità li jiġi ppreservat il-wirt kulturali, u skeda ta' żmien aġġustata biex jiġu ffinalizzati l-infrastruttura meħtieġa f'dawk iż-żoni. L-estensjonijiet tal-iskadenzi msemmija fl-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 6(3) għandhom ikunu skont iż-żona, u jinżammu qosra kemm jista' jkun, u ma għandhomx jaqbżu t-tmien snin. Il-programm ta' implimentazzjoni nazzjonali aġġornat għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru tas-sena ta’ dak l-aġġornament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|