+Artikolu 23 Programm ta' implimentazzjoni nazzjonali
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.

Artikolu 23 Programm ta' implimentazzjoni nazzjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23 1.
Sal-1 ta’ Jannar 2028, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programm ta' implimentazzjoni nazzjonali għal din id-Direttiva.

Dawk il-programmi għandhom jinkludu:

(a) 

valutazzjoni tal-livell ta' implimentazzjoni tal-Artikoli 3 sa 8;

(b) 

l-identifikazzjoni u l-ippjanar tal-investimenti meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għal kull agglomerazzjoni, inkluż stima finanzjarja indikattiva u meta tkun disponibbli stima tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 10, u prijoritizzazzjoni ta' dawk l-investimenti relatati mad-daqs tal-agglomerazzjoni u l-livell tal-impatt ambjentali tal-iskariki tal-ilma mormi urban mhux ittrattat u r-riskji relatati għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem;

(c) 

stima tal-investimenti meħtieġa għat-tiġdid, l-aġġornament jew is-sostituzzjoni tal-infrastruttura eżistenti tal-ilma mormi urban, inkluż sistemi tal-ġbir, abbażi tar-rati ta' deprezzament, u l-kundizzjonijiet tekniċi u operazzjonali, bl-għan li tiġi evitata l-possibbiltà ta' tnixxija, infiltrazzjoni u influss konness ħażin fis-sistemi tal-ġbir, u bl-użu, fejn xieraq, ta' strumenti diġitali;

(d) 

l-identifikazzjoni, jew għall-inqas indikazzjoni, ta' sorsi potenzjali ta' finanzjament pubbliku, meta meħtieġa biex jikkomplementaw it-tariffi tal-utent;

(e) 

kwalunkwe informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 6(3) u 7(4) fejn applikabbli.

L-Istati Membri jistgħu jkomplu jużaw il-finanzjament disponibbli tal-Unjoni għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, sabiex jiżguraw li ċ-ċittadini kollha jibbenefikaw b'mod ugwali minn ġbir u trattament effiċjenti tal-ilma mormi urban. L-Istati Membri jistgħu wkoll jiskambjaw l-aħjar prattiki dwar kif jista' jittejjeb l-assorbiment tal-fondi tal-Unjoni.

Meta, waqt l-implimentazzjoni tal-programm ta' implimentazzjoni nazzjonali tiegħu, Stat Membru jistabbilixxi li, minħabba n-neċessità li jiġi ppreservat il-wirt kulturali, mhuwiex possibbli li tiġi rispettata l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 3(2) jew l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 6(3) jew it-tnejn li huma f'oqsma speċifiċi, dak l-Istat Membru għandu jaġġorna l-programm ta' implimentazzjoni nazzjonali tiegħu. Dak l-aġġornament għandu jkun fih lista tal-agglomerazzjonijiet biż-żoni kkonċernati, ġustifikazzjoni dettaljata li turi li l-bini tal-infrastruttura meħtieġa huwaa partikolarment diffiċli minħabba n-neċessità li jiġi ppreservat il-wirt kulturali, u skeda ta' żmien aġġustata biex jiġu ffinalizzati l-infrastruttura meħtieġa f'dawk iż-żoni. L-estensjonijiet tal-iskadenzi msemmija fl-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 6(3) għandhom ikunu skont iż-żona, u jinżammu qosra kemm jista' jkun, u ma għandhomx jaqbżu t-tmien snin. Il-programm ta' implimentazzjoni nazzjonali aġġornat għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru tas-sena ta’ dak l-aġġornament.

Artikolu 23 2.
Sal-1 ta’ Jannar 2028, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-programmi nazzjonali ta' implimentazzjoni tagħhom, ħlief meta juru, abbażi tar-riżultati tal-monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 21, li huma konformi mal-Artikoli 3 sa 8.
Artikolu 23 3.
L-Istati Membri għandhom jaġġornaw il-programmi ta' implimentazzjoni nazzjonali tagħhom mill-inqas kull sitt snin. Għandhom jippreżentawhom lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru tas-sena ta’ dak l-aġġornament, ħlief meta jkunu jistgħu juru li huma konformi mal-Artikoli 3 sa 8.
Artikolu 23 4.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex jistabbilixxu l-metodi u l-formati għall-preżentazzjoni tal-programmi ta' implimentazzjoni nazzjonali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L3019
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.