+Artikolu 25 Aċċess għall-ġustizzja
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 25 4.
|
Artikolu 25 Aċċess għall-ġustizzja
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f'konformità mas-sistema legali nazzjonali rilevanti, il-membri tal-pubbliku kkonċernati jkollhom aċċess għal proċedura ta' rieżami quddiem qorti tal-ġustizzja, jew quddiem korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi, biex jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali ta' deċiżjonijiet, atti jew omissjonijiet soġġetti għall-Artikolu 6, 7 jew 8 meta tkun issodisfata mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
ikollhom interess suffiċjenti;
(b)
iżommu l-indeboliment ta' dritt, meta l-liġi amministrattiva proċedurali ta' Stat Membru tirrikjedi dan bħala prekundizzjoni.
Il-proċedura ta' rieżami għandha tkun ġusta, ekwa, f'waqtha u mhux għalja b'mod projbittiv, u għandha tipprovdi għal mekkaniżmi ta' rimedju adegwati u effettivi, inkluż rimedju b'mandat ta' inibizzjoni fejn ikun xieraq.
|
|
Artikolu 25 2.
|
Il-proċedura ta' rieżami ma għandhiex tkun kundizzjonali fuq ir-rwol li kellu l-membru tal-pubbliku kkonċernat matul fażi parteċipattiva tal-proċeduri tat-teħid ta' deċiżjonijiet skont din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 25 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw f'liema stadju jistgħu jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 25 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu informazzjoni prattika dwar l-aċċess għall-proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji ta' rieżami msemmija f'dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L3019
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|