+Artikolu 4 Prevenzjoni tal-emissjonijiet
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 4 7.
|
Artikolu 4 Prevenzjoni tal-emissjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
Ir-rilaxx intenzjonat ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra fl-atmosfera għandu jkun ipprojbit meta r-rilaxx ma jkunx teknikament neċessarju għall-użu maħsub. Jekk rilaxx intenzjonat ikun teknikament neċessarju għall-użu maħsub, l-operaturi ta’ tagħmir li fih gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra jew ta’ faċilitajiet fejn jintużaw gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra għandhom jieħdu l-miżuri kollha li huma teknikament u ekonomikament fattibbli sabiex jipprevjenu, sa fejn ikun possibbli, ir-rilaxx tagħhom fl-atmosfera, inkluż billi jiġu rkuprati l-gassijiet emessi.
|
|
Artikolu 4 2.
|
Fil-każ tal-fumigazzjoni bil-fluworur tas-sulfuril, l-operaturi għandhom jiddokumentaw l-użu tal-miżuri tal-qbid u tal-ġbir jew jispeċifikaw ir-raġunijiet għaliex il-miżuri tal-qbid u tal-ġbir ma kinux teknikament jew ekonomikament fattibbli. L-operaturi għandhom iżommu l-evidenza ta’ sostenn għal 5 snin u jagħmluha disponibbli, fuq talba, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew lill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 4 3.
|
L-operaturi u l-manifatturi ta’ tagħmir li fih gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra jew l-operaturi ta’ faċilitajiet fejn jintużaw il-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, kif ukoll l-impriżi fil-pussess ta’ tali tagħmir matul it-trasport jew il-ħżin tiegħu, għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha sabiex jipprevjenu r-rilaxx mhux intenzjonat ta’ gass bħal dan. Huma għandhom jieħdu l-miżuri kollha li jkunu teknikament u ekonomikament fattibbli sabiex jimminimizzaw it-tnixxija tal-gassijiet.
|
|
Artikolu 4 4.
|
Matul il-produzzjoni, il-ħżin, it-trasport, u t-trasferiment ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra minn kontenitur jew minn sistema għal oħra, għal tagħmir jew għal faċilità, l-impriża kkonċernata għandha tieħu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha sabiex tillimita kemm jista’ jkun ir-rilaxx tal-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra. Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll meta l-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra jiġu prodotti bħala prodotti sekondarji.
|
|
Artikolu 4 5.
|
Meta tinstab tnixxija tal-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, l-operaturi u l-manifatturi tat-tagħmir u tal-installazzjonijiet u l-operaturi ta’ faċilitajiet fejn jintużaw il-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, u l-impriżi fil-pussess ta’ tali tagħmir matul it-trasport jew il-ħżin, għandhom jiżguraw li t-tagħmir jew il-faċilità fejn jintużaw il-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra tissewwa mingħajr dewmien żejjed. Meta t-tagħmir ikun soġġett għal kontrolli għal tnixxijiet skont l-Artikolu 5(1) u tnixxija fit-tagħmir tkun issewwiet, l-operaturi tat-tagħmir għandhom jiżguraw li t-tagħmir jiġi vverifikat minn persuna fiżika li tkun iċċertifikata f’konformità mal-Artikolu 10 mill-aktar fis possibbli wara li jkun għadda l-ħin operattiv ta’ 24 siegħa iżda mhux aktar tard minn xahar wara t-tiswija sabiex jiġi vverifikat li t-tiswija kienet effettiva. Għat-tagħmir mobbli elenkat fl-Artikolu 5(3), il-punti (a), (b) u (c), jista’ jsir kontroll tat-tnixxija direttament wara tiswija.
|
|
Artikolu 4 6.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu, it-tqegħid fis-suq ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra għandu jkun ipprojbit, sakemm il-produtturi jew l-importaturi ma jipprovdux evidenza lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru fiż-żmien ta’ tali tqegħid fis-suq, li kwalunkwe trifluworometan prodott bħala prodott sekondarju matul il-proċess tal-produzzjoni tal-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, inkluż matul il-produzzjoni tal-materja prima għall-produzzjoni ta’ dawk il-gassijiet, ikun inqered jew ġie rkuprat għall-użu sussegwenti, bl-użu tal-aħjar tekniki disponibbli. Għall-finijiet li tiġi pprovduta dik l-evidenza, il-produtturi u l-importaturigħandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità, akkumpanjata minn dokumentazzjoni ta’ sostenn li:
(a)
tistabbilixxi l-oriġini tal-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra li għandhom jitqiegħdu fis-suq;
(b)
tidentifika l-faċilità tal-produzzjoni tal-oriġini tal-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra li għandhom jitqiegħdu fis-suq, inkluża identifikazzjoni ta’ dawk il-faċilitajiet ta’ oriġini ta’ kwalunkwe sustanza prekursur li tinvolvi l-ġenerazzjoni ta’ klorodifluworometan (R-22) bħala parti mill-proċess ta’ produzzjoni għall-produzzjoni tal-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra li għandhom jitqiegħdu fis-suq;
(c)
tagħti prova tad-disponibbiltà u t-tħaddim tat-teknoloġija tat-tnaqqis fil-faċilitajiet tal-oriġini ekwivalenti għall-metodoloġija tal-linja bażi AM0001 approvata mill-UNFCCC għall-inċinerazzjoni ta’ flussi ta’ skart tat-trifluworometan jew li tagħti prova tal-metodoloġija ta’ qbid u qerda li tiżgura li l-emissjonijiet tat-trifluworometan jinqerdu f’konformità mar-rekwiżiti skont il-Protokoll;
(d)
tiffaċilita, dwar kwalunkwe informazzjoni addizzjonali, it-traċċar tal-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra qabel l-importazzjoni.
Il-produtturi u l-importaturi għandhom iżommu d-dikjarazzjoni ta’ konformità u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn għal perjodu ta’ mill-inqas 5 snin mit-tqegħid fis-suq u għandhom jagħmluhom disponibbli, fuq talba, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina l-arranġamenti dettaljati relatati mad-dikjarazzjoni ta’ konformità u mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn imsemmija fit-tieni subparagrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
|
|
Artikolu 4 7.
|
Il-persuni fiżiċi li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c), għandhom jiġu ċċertifikati f’konformità mal-Artikolu 10 u għandhom jieħdu miżuri ta’ prekawzjoni sabiex jipprevjenu t-tnixxija ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Annessi I u II, u fejn il-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra jintużaw f’kommutatur tal-elettriku, fl-Anness III wkoll. Il-persuni ġuridiċi li jwettqu l-installazzjoni, il-manutenzjoni jew is-servizzjar, it-tiswija jew id-dekummissjonar tat-tagħmir elenkat fl-Artikolu 5(2), il-punti (a) sa (e), u fl-Artikolu 5(3), il-punti (a) u (b), għandhom jiġu ċċertifikati f’konformità mal-Artikolu 10 u għandhom jieħdu miżuri ta’ prekawzjoni sabiex jipprevjenu t-tnixxija ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I u fit-Taqsima 1 tal-Anness II. Il-persuni fiżiċi li jwettqu l-manutenzjoni jew is-servizzjar u t-tiswija ta’ tagħmir tal-arja kondizzjonata li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra f’vetturi bil-mutur li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
) u ta’ tagħmir mobbli elenkat fl-Artikolu 5(3), il-punt (c), ta’ dan ir-Regolament għandu jkollhom mill-inqas attestazzjoni ta’ taħriġ f’konformità mal-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu, ta’ dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0573
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|