|
+Artikolu 4 6. |
Artikolu 4 6.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu, it-tqegħid fis-suq ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra għandu jkun ipprojbit, sakemm il-produtturi jew l-importaturi ma jipprovdux evidenza lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru fiż-żmien ta’ tali tqegħid fis-suq, li kwalunkwe trifluworometan prodott bħala prodott sekondarju matul il-proċess tal-produzzjoni tal-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, inkluż matul il-produzzjoni tal-materja prima għall-produzzjoni ta’ dawk il-gassijiet, ikun inqered jew ġie rkuprat għall-użu sussegwenti, bl-użu tal-aħjar tekniki disponibbli. Għall-finijiet li tiġi pprovduta dik l-evidenza, il-produtturi u l-importaturigħandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità, akkumpanjata minn dokumentazzjoni ta’ sostenn li:
(a)
tistabbilixxi l-oriġini tal-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra li għandhom jitqiegħdu fis-suq;
(b)
tidentifika l-faċilità tal-produzzjoni tal-oriġini tal-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra li għandhom jitqiegħdu fis-suq, inkluża identifikazzjoni ta’ dawk il-faċilitajiet ta’ oriġini ta’ kwalunkwe sustanza prekursur li tinvolvi l-ġenerazzjoni ta’ klorodifluworometan (R-22) bħala parti mill-proċess ta’ produzzjoni għall-produzzjoni tal-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra li għandhom jitqiegħdu fis-suq;
(c)
tagħti prova tad-disponibbiltà u t-tħaddim tat-teknoloġija tat-tnaqqis fil-faċilitajiet tal-oriġini ekwivalenti għall-metodoloġija tal-linja bażi AM0001 approvata mill-UNFCCC għall-inċinerazzjoni ta’ flussi ta’ skart tat-trifluworometan jew li tagħti prova tal-metodoloġija ta’ qbid u qerda li tiżgura li l-emissjonijiet tat-trifluworometan jinqerdu f’konformità mar-rekwiżiti skont il-Protokoll;
(d)
tiffaċilita, dwar kwalunkwe informazzjoni addizzjonali, it-traċċar tal-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra qabel l-importazzjoni. Il-produtturi u l-importaturi għandhom iżommu d-dikjarazzjoni ta’ konformità u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn għal perjodu ta’ mill-inqas 5 snin mit-tqegħid fis-suq u għandhom jagħmluhom disponibbli, fuq talba, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina l-arranġamenti dettaljati relatati mad-dikjarazzjoni ta’ konformità u mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn imsemmija fit-tieni subparagrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|