|
+Artikolu 5 6. |
Artikolu 5 6.Il-kontrolli ta’ tnixxijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu bil-frekwenza li ġejja:
(a)
għal tagħmir li fih anqas minn 50 tunnellata f’ekwivalenti ta’ CO2 ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I jew anqas minn 10 kilogrammi ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness II: tal-anqas kull 12-il xahar; jew fejn tiġi installata sistema ta’ detezzjoni tat-tnixxijiet f’tali tagħmir, tal-anqas kull 24 xahar;
(b)
għal tagħmir li fih 50 tunnellata f’ekwivalenti ta’ CO2 jew aktar, iżda anqas minn 500 tunnellata f’ekwivalenti ta’ CO2 ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I jew 10 kilogrammi jew iżjed, iżda anqas minn 100 kilogramma f’gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness II: tal-anqas kull 6 xhur jew, fejn tiġi installata sistema ta’ detezzjoni tat-tnixxijiet f’tagħmir bħal dan, tal-anqas kull 12-il xahar;
(c)
għal tagħmir li fih 500 tunnellata jew aktar f’ekwivalenti ta’ CO2 ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I jew 100 kilogramma jew iżjed f’gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness II: tal-anqas kull 3 xhur jew, fejn tiġi installata sistema ta’ detezzjoni tat-tnixxijiet f’tagħmir bħal dan, tal-anqas kull 6 xhur. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|