+Artikolu 5 Kontroll għal tnixxijiet
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 5 8.
|
Artikolu 5 Kontroll għal tnixxijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
L-operaturi u l-manifatturi ta’ tagħmir li fih 5 tunnellati f’ekwivalenti ta’ CO2 jew aktar ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I jew kilogramma jew aktar ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness II, li mhux inklużi fil-fowms, għandhom jiżguraw li t-tagħmir jiġi vverifikat għal tnixxijiet. Tagħmir issiġillat ermetikament ma għandux jiġi vverifikat għal tnixxijiet sakemm ikun ittikkettat bħala tagħmir issiġillat ermetikament u jikkonforma ma’ waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
ikun fih anqas minn 10 tunnellati f’ekwivalenti ta’ CO2 ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I; jew
(b)
ikun fih anqas minn 2 kilogrammi f’gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness II.
B’deroga mit-tieni subparagrafu, fejn tagħmir issiġillat ermetikament jiġi installat f’bini residenzjali, huwa ma għandux jiġi vverifikat għal tnixxijiet meta dak it-tagħmir ikun fih inqas minn 3 kilogrammi ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra dment li jkun ittikkettat bħala ssiġillat ermetikament. Il-kommutatur tal-elettriku ma għandux jiġi vverifikat għal tnixxijiet dment li jkun konformi ma’ waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
ikollu rata ta’ tnixxija ttestjata ta’ anqas minn 0,1 % fis-sena kif stabbilit fl-ispeċifikazzjoni teknika tal-manifattur u ttikkettat f’dan is-sens;
(b)
ikollu tagħmir li jimmonitorja l-pressjoni jew id-densità b’sistema ta’ twissija awtomatika waqt li jkun qed jitħaddem;
(c)
ikun fih anqas minn 6 kilogrammi f’gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I.
|
|
Artikolu 5 2.
|
Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-operaturi u l-manifatturi tat-tagħmir stazzjonarju li ġej li fih gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I jew fit-Taqsima 1 tal-Anness II:
(a)
tagħmir ta’ refriġerazzjoni;
(b)
tagħmir tal-arja kondizzjonata;
(d)
tagħmir ta’ protezzjoni min-nar;
(f)
kommutatur tal-elettriku.
|
|
Artikolu 5 3.
|
Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-operaturi u l-manifatturi tat-tagħmir mobbli li ġej li fih gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I jew fit-Taqsima 1 tal-Anness II:
(a)
unitajiet ta’ refriġerazzjoni ta’ trakkijiet refriġerati u ta’ trejlers refriġerati;
(b)
unitajiet ta’ refriġerazzjoni ta’ vetturi ħfief refriġerati, kontejners intermodali, inklużi reefers, u vaguni tal-ferrovija;
(c)
tagħmir tal-arja kondizzjonata u tal-pompi tas-sħana f’vetturi tqal, vannijiet, makkinarju mobbli mhux tat-triq użat fl-agrikoltura, fl-operazzjonijiet tal-minjieri u tal-kostruzzjoni, fil-ferroviji, fil-metros, fit-trammijiet u fl-inġenji tal-ajru.
Fir-rigward tat-tagħmir imsemmi fil-paragrafu 2, il-punti (a) sa (e), u l-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu, il-kontrolli għandhom jitwettqu minn persuni fiżiċi ċċertifikati f’konformità mal-Artikolu 10.
|
|
Artikolu 5 4.
|
Fir-rigward tat-tagħmir mobbli msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (c), il-kontrolli għandhom jitwettqu minn persuni fiżiċi li jkollhom tal-anqas attestazzjoni ta’ taħriġ f’konformità mal-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu.
|
|
Artikolu 5 5.
|
Il-paragrafi 1 u 6 ma għandhomx japplikaw għall-operaturi ta’ tagħmir mobbli skont il-paragrafu 3, il-punti (b) u (c), sat-12 ta’ Marzu 2027.
|
|
Artikolu 5 6.
|
Il-kontrolli ta’ tnixxijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu bil-frekwenza li ġejja:
(a)
għal tagħmir li fih anqas minn 50 tunnellata f’ekwivalenti ta’ CO2 ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I jew anqas minn 10 kilogrammi ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness II: tal-anqas kull 12-il xahar; jew fejn tiġi installata sistema ta’ detezzjoni tat-tnixxijiet f’tali tagħmir, tal-anqas kull 24 xahar;
(b)
għal tagħmir li fih 50 tunnellata f’ekwivalenti ta’ CO2 jew aktar, iżda anqas minn 500 tunnellata f’ekwivalenti ta’ CO2 ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I jew 10 kilogrammi jew iżjed, iżda anqas minn 100 kilogramma f’gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness II: tal-anqas kull 6 xhur jew, fejn tiġi installata sistema ta’ detezzjoni tat-tnixxijiet f’tagħmir bħal dan, tal-anqas kull 12-il xahar;
(c)
għal tagħmir li fih 500 tunnellata jew aktar f’ekwivalenti ta’ CO2 ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I jew 100 kilogramma jew iżjed f’gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness II: tal-anqas kull 3 xhur jew, fejn tiġi installata sistema ta’ detezzjoni tat-tnixxijiet f’tagħmir bħal dan, tal-anqas kull 6 xhur.
|
|
Artikolu 5 7.
|
L-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1 għat-tagħmir għall-protezzjoni min-nar kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (d), għandhom jitqiesu li ġew issodisfati dment li jiġu ssodisfati kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
ir-reġim eżistenti ta’ spezzjoni jissodisfa l-istandards ISO 14520 jew EN 15004; u
(b)
it-tagħmir ta’ protezzjoni min-nar ikun spezzjonat kull meta jkun meħtieġ skont il-paragrafu 6.
L-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1, għat-tagħmir mobbli tal-arja kondizzjonata u għall-pompi tas-sħana, kif imsemmi fil-paragrafu 3, il-punt (c), għandhom jitqiesu li ġew issodisfati dment li t-tagħmir mobbli tal-arja kondizzjonata u l-pompi tas-sħana jkunu soġġetti għal reġim ta’ spezzjoni regolari li jinkludi kontrolli tat-tnixxijiet.
|
|
Artikolu 5 8.
|
Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tispeċifika r-rekwiżiti għall-kontrolli tat-tnixxijiet li għandhom jitwettqu f’konformità mal-paragrafu 1 għal kull tip ta’ tagħmir imsemmi fil-paragrafi 2 u 3 u tidentifika dawk il-partijiet tat-tagħmir li x’aktarx li jnixxu l-aktar. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0573
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|