+Artikolu 7 1.

Artikolu 7 1.

L-operaturi tat-tagħmir li jeħtieġ li jiġi vverifikat għal tnixxijiet skont l-Artikolu 5(1) għandhom jistabbilixxu u jżommu rekords għal kull biċċa tagħmir bħal dan, li jispeċifikaw l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

il-kwantità u t-tip ta’ gassijiet li jinsabu fit-tagħmir, b’indikazzjoni separata, jekk applikabbli, tal-kwantità miżjuda matul l-installazzjoni;

(b) 

il-kwantitajiet ta’ gassijiet miżjudin waqt il-manutenzjoni jew is-servizzjar jew minħabba tnixxija, inkluża d-data ta’ tali żieda;

(c) 

il-kwantità ta’ gassijiet irkuprati;

(d) 

meta l-gassijiet ikunu ġew miżjuda, il-kwantità u t-tip ta’ dawk il-gassijiet u jekk ikunux ġew irriċiklati jew ir-reklamati, u l-isem u l-indirizz fl-Unjoni tal-faċilità ta’ riċiklaġġ jew ta’ reklamazzjoni u, fejn applikabbli, in-numru taċ-ċertifikat;

(e) 

l-identità tal-impriża li installat, isservizzjat u għamlet il-manutenzjoni u, fejn applikabbli, irkuprat, sewwiet, iċċekkjat għat-tmixxija jew iddekummissjonat it-tagħmir, inkluż, fejn ikun applikabbli, in-numru taċ-ċertifikat tagħha u meta l-impriża responsabbli għat-twettiq ta’ dawk l-operazzjonijiet hija persuna ġuridika, kemm id-dettalji ta’ identifikazzjoni tal-impriża kif ukoll tal-persuna fiżika li twettaq l-operazzjonijiet;

(f) 

id-dati u r-riżultati tal-verifiki mwettqin skont l-Artikolu 5(1), kif ukoll id-dati u r-riżultati ta’ kwalunkwe tiswija ta’ tnixxija;

(g) 

jekk it-tagħmir ġie ddekummissjonat, il-miżuri meħudin għall-irkupru u għar-rimi tal-gassijiet.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0573
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.