+Artikolu 7 Żamma ta’ rekords
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.
---+Artikolu 7 6.
|
Artikolu 7 Żamma ta’ rekords
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1.
|
L-operaturi tat-tagħmir li jeħtieġ li jiġi vverifikat għal tnixxijiet skont l-Artikolu 5(1) għandhom jistabbilixxu u jżommu rekords għal kull biċċa tagħmir bħal dan, li jispeċifikaw l-informazzjoni li ġejja:
(a)
il-kwantità u t-tip ta’ gassijiet li jinsabu fit-tagħmir, b’indikazzjoni separata, jekk applikabbli, tal-kwantità miżjuda matul l-installazzjoni;
(b)
il-kwantitajiet ta’ gassijiet miżjudin waqt il-manutenzjoni jew is-servizzjar jew minħabba tnixxija, inkluża d-data ta’ tali żieda;
(c)
il-kwantità ta’ gassijiet irkuprati;
(d)
meta l-gassijiet ikunu ġew miżjuda, il-kwantità u t-tip ta’ dawk il-gassijiet u jekk ikunux ġew irriċiklati jew ir-reklamati, u l-isem u l-indirizz fl-Unjoni tal-faċilità ta’ riċiklaġġ jew ta’ reklamazzjoni u, fejn applikabbli, in-numru taċ-ċertifikat;
(e)
l-identità tal-impriża li installat, isservizzjat u għamlet il-manutenzjoni u, fejn applikabbli, irkuprat, sewwiet, iċċekkjat għat-tmixxija jew iddekummissjonat it-tagħmir, inkluż, fejn ikun applikabbli, in-numru taċ-ċertifikat tagħha u meta l-impriża responsabbli għat-twettiq ta’ dawk l-operazzjonijiet hija persuna ġuridika, kemm id-dettalji ta’ identifikazzjoni tal-impriża kif ukoll tal-persuna fiżika li twettaq l-operazzjonijiet;
(f)
id-dati u r-riżultati tal-verifiki mwettqin skont l-Artikolu 5(1), kif ukoll id-dati u r-riżultati ta’ kwalunkwe tiswija ta’ tnixxija;
(g)
jekk it-tagħmir ġie ddekummissjonat, il-miżuri meħudin għall-irkupru u għar-rimi tal-gassijiet.
|
|
Artikolu 7 2.
|
Sakemm ir-rekords imsemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux maħżunin f’bażi ta’ data stabbilita mill-awtoritajiet kompetenti, japplikaw ir-regoli li ġejjin:
(a)
l-operaturi msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom iżommu r-rekords imsemmija f’dak il-paragrafu għal tal-anqas 5 snin;
(b)
impriżi li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (e), għall-operaturi għandhom iżommu kopji tar-rekords imsemmija fil-paragrafu 1 għal tal-anqas 5 snin.
Fuq talba, ir-rekords imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew tal-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 7 3.
|
Għall-finijiet tal-Artikolu 11(6), l-impriżi li jfornu gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I jew fit-Taqsima 1 tal-Anness II, għandhom jistabbilixxu rekords tal-informazzjoni rilevanti dwar ix-xerrejja ta’ dawk il-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, li jinkludu d-dettalji li ġejjin:
(a)
in-numru taċ-ċertifikati ta’ kull xerrej;
(b)
il-kwantitajiet rispettivi tal-gassijiet mixtrijin.
L-impriżi li jfornu l-gassijiet għandhom iżommu r-rekords għal tal-anqas 5 snin u għandhom, fuq talba, iqiegħdu dawk ir-rekords għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew tal-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 7 4.
|
Għall-finijiet tal-Artikolu 11(7), l-impriżi li jbigħu tagħmir mhux ermetikament issiġillat iċċarġjat b’gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I u fit-Taqsima 1 tal-Anness II, għandhom iżommu rekords tat-tagħmir mibjugħ u tal-impriżi ċċertifikati li jwettqu l-installazzjoni. L-impriżi li jbigħu it-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 11(7) għandhom iżżommu ir-rekords għal perjodu ta’ mill-inqas 5 snin u għandhom iqiegħdu dawk ir-rekords għad-dispożizzjoni, fuq talba, tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.
|
|
Artikolu 7 5.
|
L-impriżi li jipproduċu, inkluż bħala prodott sekondarju, iqiegħdu fis-suq, ifornu jew jirċievu s-sustanzi elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I, maħsuba għall-użi eżentati msemmija fl-Artikolu 16(2), għandhom iżommu rekords li jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja, kif applikabbli:
(a)
l-isem tas-sustanza jew tat-taħlita li fiha tali sustanza;
(b)
il-kwantità prodotta, importata, esportata, reklamata jew meqruda matul is-sena kalendarja partikolari;
(c)
il-kwantità fornuta u riċevuta matul is-sena kalendarja partikolari, għal kull fornitur jew riċevitur individwali;
(d)
l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornituri jew tar-riċevituri;
(e)
il-kwantità użata, matul is-sena kalendarja partikolari u l-ispeċifikazzjoni tal-użu effettiv; u
(f)
il-kwantità maħżuna fl-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja partikolari.
L-impriżi għandhom iżommu r-rekords imsemmija fl-ewwel subparagrafu għal mill-inqas 5 snin wara l-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq, il-provvista jew l-irċevuta, u għandhom iqiegħduhom għad-dispożizzjoni, fuq talba, tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew tal-Kummissjoni. Dawk l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni inkluża f’dawk ir-rekords.
|
|
Artikolu 7 6.
|
Il-Kummissjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tista’ tiddetermina l-format tar-rekords imsemmija fil-paragrafi 1, 3, 4 u 5 u tispeċifika kif jenħtieġ li dawn jiġu stabbiliti u jinżammu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0573
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|