+Artikolu 10 1.

Artikolu 10 1.

Il-persuni fiżiċi għandhom jiġu ċċertifikati sabiex iwettqu l-attivitajiet li ġejjin li jinvolvu gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra skont it-tifsira tal-Artikolu 4(7), l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 8(1), li jkopru l-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra speċifikati fihom, jew li jinvolvu alternattivi rilevanti għall-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, inklużi refriġeranti naturali, fejn rilevanti:

▼B

(a) 

l-installazzjoni, il-manutenzjoni jew is-servizzjar, it-tiswija jew id-dekummissjonar tat-tagħmir elenkat fl-Artikolu 5(2), il-punti (a) sa (f), u fl-Artikolu 5(3), il-punti (a) u (b);

(b) 

il-verifiki tat-tnixxijiet tat-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 5(2), il-punti (a) sa (e), u fl-Artikolu 5(3), il-punti (a) u (b);

(c) 

l-irkupru minn tagħmir elenkat fl-Artikolu 8(2), u fl-Artikolu 8(3), il-punt (a).

Il-persuni fiżiċi għandu jkollhom mill-inqas attestazzjoni ta’ taħriġ biex iwettqu l-attivitajiet li ġejjin li jinvolvu gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra skont it-tifsira tal-Artikolu 4(7), l-Artikolu 5(1), l-Artikolu 8(1), u l-Artikolu 8(10), li jkopru l-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra speċifikati fihom, jew li jinvolvu alternattivi rilevanti għall-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, inklużi refriġeranti naturali, fejn rilevanti:

(a) 

il-manutenzjoni jew is-servizzjar, jew it-tiswija ta’ tagħmir tal-arja kundizzjonata f’vetturi bil-mutur li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/40/KE, u l-irkupru ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra minn tali tagħmir;

(b) 

l-irkupru ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra mit-tagħmir elenkat fl-Artikolu 8(3), il-punti (b) u (c), u fl-Artikolu 8(10), it-tieni subparagrafu;

(c) 

il-manutenzjoni jew is-servizzjar, it-tiswija u l-verifiki tat-tnixxijiet tat-tagħmir elenkat fl-Artikolu 5(3), il-punt (c).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0573
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.