+Artikolu 10 Ċertifikazzjoni u taħriġ
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.
---+Artikolu 10 6.
---+Artikolu 10 7.
---+Artikolu 10 8.
---+Artikolu 10 9.
---+Artikolu 10 10.
---+Artikolu 10 11.
---+Artikolu 10 12.
---+Artikolu 10 13.
---+Artikolu 10 14.
|
Artikolu 10 Ċertifikazzjoni u taħriġ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
Il-persuni fiżiċi għandhom jiġu ċċertifikati sabiex iwettqu l-attivitajiet li ġejjin li jinvolvu gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra skont it-tifsira tal-Artikolu 4(7), l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 8(1), li jkopru l-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra speċifikati fihom, jew li jinvolvu alternattivi rilevanti għall-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, inklużi refriġeranti naturali, fejn rilevanti:
▼B
(a)
l-installazzjoni, il-manutenzjoni jew is-servizzjar, it-tiswija jew id-dekummissjonar tat-tagħmir elenkat fl-Artikolu 5(2), il-punti (a) sa (f), u fl-Artikolu 5(3), il-punti (a) u (b);
(b)
il-verifiki tat-tnixxijiet tat-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 5(2), il-punti (a) sa (e), u fl-Artikolu 5(3), il-punti (a) u (b);
(c)
l-irkupru minn tagħmir elenkat fl-Artikolu 8(2), u fl-Artikolu 8(3), il-punt (a).
Il-persuni fiżiċi għandu jkollhom mill-inqas attestazzjoni ta’ taħriġ biex iwettqu l-attivitajiet li ġejjin li jinvolvu gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra skont it-tifsira tal-Artikolu 4(7), l-Artikolu 5(1), l-Artikolu 8(1), u l-Artikolu 8(10), li jkopru l-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra speċifikati fihom, jew li jinvolvu alternattivi rilevanti għall-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, inklużi refriġeranti naturali, fejn rilevanti:
(a)
il-manutenzjoni jew is-servizzjar, jew it-tiswija ta’ tagħmir tal-arja kundizzjonata f’vetturi bil-mutur li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/40/KE, u l-irkupru ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra minn tali tagħmir;
(b)
l-irkupru ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra mit-tagħmir elenkat fl-Artikolu 8(3), il-punti (b) u (c), u fl-Artikolu 8(10), it-tieni subparagrafu;
(c)
il-manutenzjoni jew is-servizzjar, it-tiswija u l-verifiki tat-tnixxijiet tat-tagħmir elenkat fl-Artikolu 5(3), il-punt (c).
|
|
Artikolu 10 2.
|
Il-persuni ġuridiċi għandhom jiġu ċċertifikati skont it-tifsira tal-Artikolu 4(7), li jkopri l-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra speċifikati fihom, sabiex iwettqu l-installazzjoni, il-manutenzjoni jew is-servizzjar, it-tiswija jew id-dekummissjonar tat-tagħmir elenkat fl-Artikolu 5(2), fil-punti (a) sa (e), u fl-Artikolu 5(3), il-punti (a) u (b), li jkun jinvolvi gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra jew alternattivi rilevanti għall-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra inklużi refriġeranti naturali, fejn rilevanti.
|
|
Artikolu 10 3.
|
Fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 8, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jadattaw programmi ta’ ċertifikazzjoni, inklużi proċessi ta’ evalwazzjoni, u jiżguraw li t-taħriġ dwar il-ħiliet prattiċi u l-għarfien teoretiku jkun disponibbli għall-persuni fiżiċi li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li jkunu disponibbli programmi ta’ taħriġ għall-kisba ta’ attestazzjonijiet ta’ taħriġ f’konformità mal-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu.
|
|
Artikolu 10 4.
|
Fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni imsemmi fil-paragrafu 8, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jadattaw programmi ta’ ċertifikazzjoni għall-persuni ġuridiċi msemmija fil-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 10 5.
|
Il-programmi ta’ ċertifikazzjoni u t-taħriġ dwar il-ħiliet prattiċi u l-għarfien teoretiku previsti fil-paragrafu 3 għandhom ikopru dan li ġej:
(a)
ir-regolamenti u l-istandards tekniċi applikabbli;
(b)
il-prevenzjoni tal-emissjonijiet;
(c)
l-irkupru ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I u fit-Taqsima 1 tal-Anness II;
(d)
l-immaniġġar sikur ta’ tagħmir tat-tip u tad-daqs koperti miċ-ċertifikat;
(e)
l-immaniġġjar sikur ta’ tagħmir li fiha b’gassijiet fjammabbli jew tossiċi jew li jopera taħt pressjoni għolja, jew tinvolvi riskji rilevanti oħra;
(f)
il-miżuri għat-titjib jew għall-manutenzjoni tal-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir matul l-installazzjoni, jew għall-manutenzjoni jew is-servizzjar.
|
|
Artikolu 10 6.
|
Il-programmi ta’ ċertifikazzjoni u t-taħriġ dwar il-ħiliet prattiċi u l-għarfien teoretiku previsti fil-paragrafu 3 li jikkonċernaw l-inġenji tal-ajru għandhom jiġu riflessi fil-proċess ta’ aġġornament tal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u speċifikazzjonijiet dettaljati oħra, mezzi aċċettabbli ta’ konformità u materjal ta’ gwida maħruġa mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni skont l-Artikolu 76(3) u l-Artikolu 115 tar-Regolament (UE) 2018/1139.
|
|
Artikolu 10 7.
|
Iċ-ċertifikati taħt il-programmi ta’ ċertifikazzjoni msemmijin fil-paragrafu 3 għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjoni li l-applikant ikun temm b’suċċess proċess ta’ evalwazzjoni kif imsemmi f’dak il-paragrafu.
|
|
Artikolu 10 8.
|
Sat-12 ta’ Marzu 2026, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-programmi ta’ ċertifikazzjoni u l-attestazzjonijiet tat-taħriġ imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 għall-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1. Dawk ir-rekwiżiti minimi għandhom jispeċifikaw, għal kull tip ta’ tagħmir imsemmi fil-paragrafu 1, il-ħiliet prattiċi u l-għarfien teoretiku meħtieġa, filwaqt li ssir distinzjoni, fejn xieraq, bejn l-attivitajiet differenti li għandhom jiġu koperti, l-arranġamenti taċ-ċertifikazzjoni jew tal-attestazzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati u tal-attestazzjonijiet tat-taħriġ. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadatta, fejn neċessarju, tali rekwiżiti minimi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
|
|
Artikolu 10 9.
|
Iċ-ċertifikati u l-attestazzjonijiet tat-taħriġ eżistenti maħruġin f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 517/2014 għandhom jibqgħu validi, f’konformità mal-kundizzjonijiet li fihom ikunu nħarġu oriġinarjament. Sat-12 ta’ Marzu 2027, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi ċċertifikati jkunu meħtieġa jipparteċipaw f’korsijiet ta’ aġġornament jew jikkompletaw il-proċess ta’ evalwazzjoni msemmi fil-paragrafu 3, mill-inqas kull 7 snin. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi li jkollhom ċertifikat jew attestazzjoni ta’ taħriġ skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 għandhom jipparteċipaw f’tali korsijiet ta’ aġġornament jew jikkompletaw tali proċessi ta’ evalwazzjoni għall-ewwel darba mhux aktar tard mit-12 ta’ Marzu 2029.
|
|
Artikolu 10 10.
|
Fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni skont il-paragrafu 8, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-programmi ta’ ċertifikazzjoni u ta’ taħriġ tagħhom. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu ċ-ċertifikati u l-attestazzjonijiet tat-taħriġ maħruġin fi Stat Membru ieħor f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Ma għandhomx jirrestrinġu l-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew il-libertà tal-istabbiliment għaliex ċertifikat ikun inħareġ fi Stat Membru ieħor.
|
|
Artikolu 10 11.
|
Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tista’ tiddetermina l-format tan-notifika msemmija fil-paragrafu 10. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
|
|
Artikolu 10 12.
|
Impriża għandha tassenja attività msemmija fil-paragrafu 1 jew 2 lil impriża oħra biss wara verifika li din tal-aħħar ikollha ċ-ċertifikati neċessarji għall-attivitajiet meħtieġa msemmijin fil-paragrafu 1 jew 2, rispettivament.
|
|
Artikolu 10 13.
|
Meta l-obbligi skont dan l-Artikolu relatati mal-provvista ta’ ċertifikazzjoni u ta’ taħriġ ikunu jimponu piżijiet sproporzjonati fuq Stat Membru minħabba d-daqs żgħir tal-popolazzjoni tiegħu u n-nuqqas konsegwenti ta’ domanda għal tali ċertifikazzjoni u taħriġ, il-konformità tista’ tinkiseb permezz tar-rikonoxximent ta’ ċertifikati maħruġin fi Stati Membri oħrajn. L-Istati Membri li japplikaw l-ewwel subparagrafu għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha wara dan tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn.
|
|
Artikolu 10 14.
|
Dan l-Artikolu ma għandux jipprevjeni lill-Istati Membri milli jistabbilixxu aktar programmi ta’ ċertifikazzjoni u ta’ taħriġ fir-rigward ta’ tagħmir u attivitajiet oħra minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0573
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|