|
+Artikolu 11 1. |
Artikolu 11 1.It-tqegħid fis-suq tal-prodotti u tat-tagħmir, inklużi partijiet tagħhom, elenkati fl-Anness IV, b’eżenzjoni għal tagħmir militari, għandu jkun projbit mid-data speċifikata f’dak l-Anness, filwaqt li ssir distinzjoni, fejn ikun applikabbli, skont it-tip jew il-potenzjal ta’ tisħin globali tal-gass li jkun hemm fihom. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, it-tqegħid fis-suq ta’ partijiet ta’ prodotti u ta’ tagħmir meħtieġa għat-tiswija u s-servizzjar ta’ tagħmir eżistenti elenkat fl-Anness IV huwa permess dment li t-tiswija jew is-servizzjar ma jirriżultawx fi:
(a)
żieda fil-kapaċità tal-prodott jew tat-tagħmir;
(b)
żieda fl-ammont ta’ gass fluworurat b’effett ta’ serra li jinsab fil-prodott jew fit-tagħmir; jew
(c)
bidla fit-tip ta’ gass fluworurat b’effett ta’ serra użat li jwassal għal żieda fil-potenzjal ta’ tisħin globali tal-gass fluworurat b’effett ta’ serra użat. Il-prodotti u t-tagħmir, inklużi partijiet minnhom, imqegħdin illegalment fis-suq wara d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu, ma għandhomx sussegwentement jintużaw jew jiġu forniti, jew jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ persuni oħrajn fl-Unjoni għall-ħlas jew mingħajr ħlas, jew jiġu esportati. L-esportazzjoni mill-ġdid ta’ tali prodotti u tagħmir hija permessa meta n-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament ikun ġie stabbilit qabel ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija għall-iskop tal-importazzjoni, f’konformità mal-miżuri msemmija fl-Artikolu 23(12). Tali prodotti u tagħmir jistgħu jinħażnu jew jiġu ttrasportati biss għar-rimi sussegwenti u għall-irkupru tal-gass qabel ir-rimi skont l-Artikolu 8 jew għall-esportazzjoni mill-ġdid tagħhom. L-esportazzjoni mill-ġdid ta’ prodotti u ta’ tagħmir li għalihom ikun ġie stabbilit in-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament qabel ir-rilaxx tagħhom għaċ-ċirkolazzjoni libera tkun permessa. F’tali każijiet l-Artikolu 22(3) ma għandux japplika. Sena wara d-dati individwali elenkati fl-Anness IV, il-provvista jew it-tqegħid sussegwenti għad-dispożizzjoni lil persuna oħra fl-Unjoni għall-ħlas jew mingħajr ħlas ta’ prodotti jew ta’ tagħmir imqegħdin legalment fis-suq qabel id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu permessi biss jekk tiġi pprovduta evidenza li l-prodott jew it-tagħmir tqiegħed legalment fis-suq qabel dik id-data. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|