|
+Artikolu 13 3. |
Artikolu 13 3.L-użu ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, b’potenzjal ta’ tisħin globali ta’ 2 500 jew aktar, għall-manutenzjoni jew għas-servizzjar ta’ tagħmir ta’ refriġerazzjoni b’daqs ta’ ċarġ ta’ 40 tunnellata tal-ekwivalenti ta’ CO2 jew aktar, għandu jkun projbit. Mill-1 ta’ Jannar 2025, l-użu ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, b’potenzjal ta’ tisħin globali ta’ 2 500 jew aktar, għall-manutenzjoni jew għas-servizzjar ta’ kwalunkwe tagħmir ta’ refriġerazzjoni għandu jkun ipprojbit. Il-projbizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika għal tagħmir militari jew tagħmir intenzjonat għal applikazzjonijiet iddisinjati biex ikessħu l-prodotti għal temperaturi taħt - 50 °C. Sal-1 ta’ Jannar 2030, il-projbizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw għall-kategoriji ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra li ġejjin:
(a)
gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra rreklamati elenkati fl-Anness I b’potenzjal ta’ tisħin globali ta’ 2 500 jew aktar użati għall-manutenzjoni jew għas-servizzjar ta’ tagħmir ta’ refriġerazzjoni eżistenti, dment li l-kontenituri li jkun fihom dawk il-gassijiet ikunu ġew ittikkettati f’konformità mal-Artikolu 12(7);
(b)
gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra riċiklati elenkati fl-Anness I b’potenzjal ta’ tisħin globali ta’ 2 500 jew aktar użati għall-manutenzjoni jew għas-servizzjar ta’ tagħmir ta’ refriġerazzjoni eżistenti, dment li jkunu ġew irkuprati minn tali tagħmir; tali gassijiet riċiklati għandhom jintużaw biss mill-impriża li tkun wettqet l-irkupru tagħhom bħala parti mill-manutenzjoni jew mis-servizzjar jew mill-impriża li għaliha jkun twettaq l-irkupru bħala parti mill-manutenzjoni jew mis-servizzjar. Il-projbizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw għal tagħmir ta’ refriġerazzjoni li għalih tkun ġiet awtorizzata eżenzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(5). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|