+Artikolu 14 Il-produzzjoni ta’ idrofluworokarburi
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.
---+Artikolu 14 6.

Artikolu 14 Il-produzzjoni ta’ idrofluworokarburi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 15 u l-Anness V, il-produzzjoni ta’ idrofluworokarburi hija l-ammont ta’ idrofluworokarburi prodotti nieqes l-ammont meqrud mit-teknoloġija approvata mill-Partijiet għall-Protokoll, u nieqes l-ammont użat kompletament bħala materja prima fil-manifattura ta’ sustanzi kimiċi oħra, iżda li tinkludi l-idrofluworokarburi ġġenerati bħala prodott sekondarju, sakemm ma jkunux maqbuda jew sakemm dak il-prodott sekondarju ma jkunx inqered bħala parti mill-proċess tal-produzzjoni jew wara l-proċess tal-produzzjoni mill-produttur jew ingħadda lil impriża oħra għall-qerda. L-ebda ammont ta’ idrofluworokarburi reklamati ma għandu jitqies fil-kalkolu tal-produzzjoni tal-idrofluworokarburi.
Artikolu 14 2.
Il-produzzjoni ta’ idrofluworokarburi għandha tkun permessa sal-il-punt li l-produtturi jkunu ġew allokati drittijiet ta’ produzzjoni mill-Kummissjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
Artikolu 14 3.
Qabel l-1 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, talloka d-drittijiet tal-produzzjoni fuq il-bażi tal-Anness V għall-produtturi li pproduċew idrofluworokarburi fl-2022, fuq il-bażi tad-data rrapportata skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
Artikolu 14 4.
Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u fuq talba tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni tista’ temenda l-atti ta’ implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafu 3 sabiex talloka drittijiet ta’ produzzjoni addizzjonali lill-produtturi msemmijin fil-paragrafu 3 jew lil kwalunkwe impriża oħra stabbilita fl-Unjoni, sakemm ma jinqabżux il-limiti tal-produzzjoni tal-Istat Membru skont il-Protokoll. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
Artikolu 14 5.
Fin-nuqqas ta’ att ta’ implimentazzjoni li jkun effettiv qabel l-1 ta’ Jannar 2025, il-produtturi jistgħu jkomplu jipproduċu idrofluworokarburi mingħajr ma jiġu allokati drittijiet tal-produzzjoni. L-idrofluworokarburi prodotti matul tali perjodu għandhom jgħoddu għall-allokazzjoni tad-drittijiet tal-produzzjoni ladarba jinħarġu f’konformità mal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 3.
Artikolu 14 6.
Tliet snin wara l-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, u kull 3 snin wara din, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u, jekk meħtieġ, temenda, dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, filwaqt li tqis il-bidliet fid-drittijiet tal-produzzjoni skont l-Artikolu 15 matul it-3 snin preċedenti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0573
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.