+Artikolu 16 It-tnaqqis tal-kwantità ta’ idrofluworokarburi mqegħdin fis-suq
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.
---+Artikolu 16 6.

Artikolu 16 It-tnaqqis tal-kwantità ta’ idrofluworokarburi mqegħdin fis-suq

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.
It-tqegħid fis-suq ta’ idrofluworokarburi għandu jkun permess biss sal-il-punt li l-produtturi u l-importaturi jkunu ġew allokati kwota mill-Kummissjoni kif stabbilit fl-Artikolu 17.

Il-produtturi u l-importaturi li jqiegħdu idrofluworokarburi fis-suq ma għandhomx jaqbżu l-kwota disponibbli għalihom fil-mument tat-tqegħid fis-suq.

Artikolu 16 2.

Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal idrofluworokarburi li huma:

(a) 

importati fl-Unjoni għall-qerda;

(b) 

użati minn produttur bħala materja prima jew fornuti direttament minn produttur jew minn importatur lil impriżi għall-użu bħala materja prima;

(c) 

fornuti direttament minn produttur jew minn importatur lil impriżi, għall-esportazzjoni barra l-Unjoni, li ma jinsabux fi prodotti jew f’tagħmir, meta dawk l-idrofluworokarburi ma jkunux sussegwentement magħmulin disponibbli għal kwalunkwe persuna oħra fl-Unjoni, qabel l-esportazzjoni;

(d) 

fornuti direttament minn produttur jew minn importatur għall-użu f’tagħmir militari;

(e) 

fornuti direttament minn produttur jew minn importatur lil impriża li tużahom għall-inċiżjoni ta’ materjal semikonduttur jew għat-tindif ta’ kmamar ta’ depożizzjoni ta’ fwar kimiċi fis-settur tal-manifattura tas-semikondutturi.

Artikolu 16 3.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 32 sabiex temenda l-paragrafu 2 u teskludi mir-rekwiżit tal-kwota stabbilit fil-paragrafu 1 idrofluworokarburi f’konformità mad-deċiżjonijiet tal-Partijiet għall-Protokoll.
Artikolu 16 4.

B’segwitu għal talba ssostanzjata minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru u b’kont meħud tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, u fid-dawl ta’ kwalunkwe data pprovduta mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, il-Kummissjoni tista’, eċċezzjonalment, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tawtorizza eżenzjoni għal mhux aktar minn 4 snin sabiex ikunu esklużi mir-rekwiżit tal-kwota stabbilit fil-paragrafu 1 l-idrofluworokarburi għall-użu f’applikazzjonijiet speċifiċi, jew kategoriji speċifiċi ta’ prodotti jew ta’ tagħmir, meta fit-talba jintwera li:

(a) 

għal dawk l-applikazzjonijiet, prodotti jew tagħmir partikolari, ma jkunux disponibbli alternattivi, jew l-alternattivi ma jkunux jistgħu jintużaw għal raġunijiet tekniċi jew ta’ sikurezza jew minħabba riskji għas-saħħa pubblika; u

(b) 

ma tkunx tista’ tiġi żgurata provvista suffiċjenti ta’ idrofluworokarburi mingħajr ma jkunu involuti kostijiet sproporzjonati.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).

Artikolu 16 5.
L-emissjoni tal-idrofluworokarburi matul il-produzzjoni għandha titqies bħala mqiegħda fis-suq fis-sena li fiha sseħħ.
Artikolu 16 6.
Dan l-Artikolu u l-Artikoli 17, 20 sa 29 u 31 għandhom japplikaw ukoll għall-idrofluworokarburi li jinsabu f’polioli mħalltin minn qabel.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0573
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.