|
+Artikolu 16 4. |
Artikolu 16 4.B’segwitu għal talba ssostanzjata minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru u b’kont meħud tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, u fid-dawl ta’ kwalunkwe data pprovduta mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, il-Kummissjoni tista’, eċċezzjonalment, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tawtorizza eżenzjoni għal mhux aktar minn 4 snin sabiex ikunu esklużi mir-rekwiżit tal-kwota stabbilit fil-paragrafu 1 l-idrofluworokarburi għall-użu f’applikazzjonijiet speċifiċi, jew kategoriji speċifiċi ta’ prodotti jew ta’ tagħmir, meta fit-talba jintwera li:
(a)
għal dawk l-applikazzjonijiet, prodotti jew tagħmir partikolari, ma jkunux disponibbli alternattivi, jew l-alternattivi ma jkunux jistgħu jintużaw għal raġunijiet tekniċi jew ta’ sikurezza jew minħabba riskji għas-saħħa pubblika; u
(b)
ma tkunx tista’ tiġi żgurata provvista suffiċjenti ta’ idrofluworokarburi mingħajr ma jkunu involuti kostijiet sproporzjonati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|