+Artikolu 17 Id-determinazzjoni tal-valuri ta’ referenza u l-allokazzjonijiet tal-kwota għat-tqegħid tal- fis-suq ta’ idrofluworokarburi
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 17 5.
---+Artikolu 17 6.
---+Artikolu 17 7.
---+Artikolu 17 8.

Artikolu 17 Id-determinazzjoni tal-valuri ta’ referenza u l-allokazzjonijiet tal-kwota għat-tqegħid tal- fis-suq ta’ idrofluworokarburi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 17 1.
Sal-31 ta’ Ottubru 2024 u mill-inqas kull 3 snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-valuri ta’ referenza għall-produtturi u għall-importaturi f’konformità mal-Anness VII għat-tqegħid tal-idrofluworokarburi fis-suq.

Il-Kummissjoni għandha tiddetermina dawk il-valuri ta’ referenza għall-produtturi u għall-importaturi kollha li jkunu qiegħdu fis-suq idrofluworokarburi matul 3 snin preċedenti, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni li jiddetermina l-valuri ta’ referenza għall-produtturi u għall-importaturi kollha. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).

Artikolu 17 2.
Produttur jew importatur jista’ jinnotifika lill-Kummissjoni dwar suċċessjoni jew akkwiżizzjoni permanenti tal-parti tan-negozju tiegħu rilevanti għal dan l-Artikolu, li jirriżulta f’bidla fl-attribuzzjoni tal-valuri ta’ referenza tiegħu u dawk tas-suċċessur legali tiegħu.

Il-Kummissjoni tista’ titlob dokumentazzjoni rilevanti għal dak l-għan. Il-valuri ta’ referenza aġġustati għandhom ikunu aċċessibbli fil-Portal tal-gassijiet F.

Artikolu 17 3.
Sal-1 ta’ Ġunju 2024 u sal-1 ta’ April 2027 u mill-inqas kull 3 snin wara dan, il-produtturi u l-importaturi jistgħu jagħmlu dikjarazzjoni għar-riċevuta ta’ kwota mir-riżerva msemmija fl-Anness VIII permezz tal-Portal tal-gassijiet F.
Artikolu 17 4.
Sal-31 ta’ Diċembru 2024 u kull sena wara dan, il-Kummissjoni għandha talloka kwota għal kull produttur u importatur għat-tqegħid fis-suq ta’ idrofluworokarburi, skont l-Anness VIII. Il-kwota għandha tiġi nnotifikati permezz tal-Portal tal-gassijiet F lill-produtturi u lill-importaturi.
Artikolu 17 5.
L-allokazzjonijiet tal-kwota għandhom ikunu soġġetti għall-ħlas tal-ammont dovut li huwa ugwali għal tliet euro għal kull tunnellata f’ekwivalenti ta’ CO2 tal-kwota li għandha tiġi allokata. Il-produtturi u l-importaturi għandhom jiġu nnotifikati permezz tal-Portal tal-gassijiet F bl-ammont totali dovut għall-allokazzjoni massima kkalkolata tal-kwota tagħhom għas-sena kalendarja ta’ wara u bl-iskadenza għat-tlestija tal-pagament. Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tiddetermina l-arranġamenti dettaljati għall-pagament tal-ammont dovut. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).

Il-produtturi u l-importaturi u l-produtturi jistgħu jħallsu biss għal parti mill-allokazzjoni massima kkalkolata tal-kwota offruta lilhom. F’każ bħal dan, dawk il-produtturi u l-importaturi għandhom jiġu allokati l-kwota li tikkorrispondi għall-pagament li jsir sal-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Sal-31 ta’ Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha tqassam mill-ġdid il-kwota li għaliha ma jkunx sar pagament sal-iskadenza stabbilita, mingħajr ħlas, lil dawk il-produtturi u l-importaturi biss li jkunu ħallsu l-ammont totali dovut għall-allokazzjoni massima kkalkolata tal-kwota tagħhom imsemmija fl-ewwel subparagrafu u li jkunu għamlu dikjarazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3. Dik id-distribuzzjoni mill-ġdid għandha ssir fuq il-bażi tas-sehem ta’ kull produttur jew importatur mis-somma tal-kwota massima kkalkolata kollha offruta lil dawk il-produtturi u l-importaturi mħallsa bis-sħiħ minnhom. Mill-1 ta’ Jannar 2028, il-kwota li għaliha ma jkunx sar pagament sal-iskadenza stabbilita għandha titħassar.

Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata li ma tallokax bis-sħiħ il-kwantità massima msemmija fl-Anness VII jew talloka kwota addizzjonali, bħala kontinġenza għal kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni matul il-perjodu ta’ allokazzjoni.

Artikolu 17 6.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 32 sabiex temenda l-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tal-ammonti dovuti għall-allokazzjoni tal-kwota u tal-mekkaniżmu sabiex tiġi allokata l-kwota li jifdal, sabiex tikkumpensa għall-inflazzjoni.
Artikolu 17 7.
Kull sena, jew aktar spiss wara talba ssostanzjata minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, tivvaluta l-impatt tas-sistema ta’ tnaqqis gradwali tal-kwota stabbilita fl-Anness VII fuq is-suq tal-pompi tas-sħana tal-Unjoni filwaqt li tqis il-fatturi rilevanti, b’mod partikolari, l-iżvilupp tal-prezzijiet tal-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I ir-rata ta’ tkabbir tat-tagħmir tal-pompi tas-sħana li jkun għadu jeħtieġ tali gassijiet, l-adozzjoni mis-suq ta’ teknoloġija alternattiva u l-istat tal-mira tar-rata ta’ introduzzjoni tal-pompi tas-sħana pprovduta skont il-Pjan REPowerEU. Il-Kummissjoni għandha tinkludi l-konklużjonijiet minn dawk il-valutazzjonijiet fir-Rapport Annwali tal-Attività rilevanti dwar l-Azzjoni Klimatika.

Meta l-valutazzjoni turi nuqqas sever ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I għall-introduzzjoni ta’ pompi tas-sħana li tista’ tipperikola l-ilħuq tal-miri tal-introduzzjoni tal-pompi tas-sħana REPowerEU, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 32 biex temenda l-Anness VII sabiex tippermetti t-tqegħid fis-suq ta’ kwantità ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I, flimkien mal-kwota skont l-Anness VII, rispettivament sa 4 410 247 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2, kull sena, għall-perjodu 2025-2026 u sa 1 425 536 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2, kull sena, għall-perjodu 2027-2029.

Meta l-Kummissjoni tadotta att delegat kif imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan l-Artikolu, il-kwota addizzjonali għandha titqassam lill-produtturi u lill-importaturi li jkunu rrappurtaw skont l-Artikolu 26, fis-sena preċedenti, dwar l-użu tal-pompi tas-sħana bħala waħda mill-kategoriji ewlenin ta’ applikazzjoni li fiha tintuża s-sustanza, wara li t-talba tagħhom titressaq permezz tal-Portal tal-gassijiet F.

Artikolu 17 8.
Id-dħul iġġenerat mill-ammont tal-allokazzjoni tal-kwota għandu jikkostitwixxi dħul assenjat estern f’konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ). Dak id-dħul għandu jiġi assenjat lill-programm LIFE u lill-Intestatura 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali (l-Amministrazzjoni Pubblika Ewropea), sabiex ikopri l-kostijiet tal-persunal estern li jaħdem fuq il-ġestjoni tal-allokazzjoni tal-kwota, tas-servizzi tal-IT, u tas-sistemi ta’ liċenzjar għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Protokoll. Id-dħul użat biex ikopri dawk il-kostijiet ma għandux jaqbeż l-ammont massimu annwali ta’ EUR 3 miljun. Kwalunkwe dħul li jifdal wara li jiġu koperti dawn il-kostijiet għandu jiddaħħal fil-baġit ġenerali tal-Unjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0573
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.