+Artikolu 20 Il-Portal tal-gassijiet F
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
---+Artikolu 20 5.
---+Artikolu 20 6.
---+Artikolu 20 7.
---+Artikolu 20 8.

Artikolu 20 Il-Portal tal-gassijiet F

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tiżgura t-tħaddim ta’ sistema elettronika għall-ġestjoni tas-sistema tal-kwota, għar-rekwiżiti ta’ liċenzjar tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet, u għall-obbligi ta’ rapportar dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra (“il-Portal tal-gassijiet F”).
Artikolu 20 2.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-interkonnessjoni tal-Portal tal-gassijiet F mal-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-UE għad-Dwana permezz tat-Tieqa Unika Doganali tal-Unjoni Ewropea — Sistema ta’ Skambju taċ-Ċertifikati (EU CSW-CERTEX) stabbilita bir-Regolament (UE) 2022/2399.
Artikolu 20 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-interkonnessjoni tal-ambjenti nazzjonali tagħhom ta’ tieqa unika għad-dwana mas-CSW-CERTEX tal-UE għall-fini tal-iskambju ta’ informazzjoni mal-Portal tal-gassijiet F.
Artikolu 20 4.

L-impriżi għandu jkollhom reġistrazzjoni valida fil-Portal tal-gassijiet F qabel ma jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet li ġejjin:

(a) 

l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, u ta’ prodotti u ta’ tagħmir li jkun fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, ħlief fil-każ ta’ ħżin temporanju kif definit fl-Artikolu 5, il-punt (17), tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(b) 

is-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni skont l-Artikolu 17(3);

(c) 

ir-riċevuta ta’ allokazzjoni tal-kwota għat-tqegħid fis-suq ta’ idrofluworokarburi f’konformità mal-Artikolu 17(4), jew it-twettiq jew ir-riċevuta ta’ trasferiment tal-kwota f’konformità mal-Artikolu 21(1), jew it-twettiq jew ir-riċevuta ta’ awtorizzazzjoni għall-użu ta’ kwota f’konformità mal-Artikolu 21(2), jew id-delega ta’ dik l-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ kwota f’konformità mal-Artikolu 21(3);

(d) 

il-forniment jew ir-riċevuta ta’ idrofluworokarburi għall-finijiet elenkati fl-Artikolu 16(2), il-punti (a) sa (e);

(e) 

it-twettiq tal-attivitajiet l-oħrajn kollha li jeħtieġu rapportar skont l-Artikolu 26;

(f) 

ir-riċevuta ta’ drittijiet tal-produzzjoni skont l-Artikolu 14 u t-twettiq jew ir-riċevuta ta’ trasferiment u ta’ awtorizzazzjoni tad-drittijiet tal-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 15;

(g) 

il-verifika tar-rapporti msemmijin fl-Artikolu 19(3) u fl-Artikolu 26(8).

Ir-reġistrazzjoni fil-Portal tal-gassijiet F għandha tkun valida biss ladarba l-Kummissjoni tivvalidaha u sakemm ma tkunx sospiża jew revokata mill-Kummissjoni jew irtirata mill-impriża.

Artikolu 20 5.
Reġistrazzjoni valida fil-Portal tal-gassijiet F fil-mument tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni tikkostitwixxi liċenzja meħtieġa skont l-Artikolu 22.
Artikolu 20 6.
Sa fejn ikun neċessarju, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tikkjarifika r-regoli ta’ reġistrazzjoni fil-Portal tal-gassijiet F biex tiżgura l-funzjonament bla xkiel tal-Portal tal-gassijiet F u l-kompatibbiltà mal-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-UE għad-Dwana. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
Artikolu 20 7.
L-awtoritajiet kompetenti, inklużi l-awtoritajiet doganali, tal-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għall-Portal tal-gassijiet F sabiex jippermettu l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti u tal-kontrolli rilevanti. L-aċċess għall-Portal tal-gassijiet F mill-awtoritajiet doganali għandu jiġi żgurat permezz tal-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-UE għad-Dwana.

L-awtorità kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tad-data inkluża fil-Portal tal-gassijiet F.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku, mhux aktar tard minn 3 xhur wara li titlesta l-allokazzjoni għal sena partikolari, dan li ġej:

(a) 

lista ta’ detenturi ta’ kwota;

(b) 

lista tal-impriżi li huma soġġetti għar-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti fl-Artikolu 26.

Artikolu 20 8.
Kwalunkwe talba mill-produtturi u mill-importaturi għal korrezzjoni tal-informazzjoni li huma jkunu rreġistraw fil-Portal tal-gassijiet F, dwar it-trasferimenti tal-kwota msemmijin fl-Artikolu 21(1), l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tal-kwota msemmija fl-Artikolu 21(2) jew id-delegazzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 21(3), għandha tiġi kkomunikata, bil-kunsens tal-impriżi kollha involuti fit-tranżazzjoni, lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed u sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara dik tar-reġistrazzjoni tat-trasferiment tal-kwota jew tal-awtorizzazzjoni għall-użu tal-kwota, jew tad-delega tal-awtorizzazzjoni, skont kif xieraq. It-talba għandha tiġi ssostanzjata b’evidenza li tistabbilixxi li tikkonċerna żball klerikali.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, it-talbiet għal korrezzjoni ta’ data li taffettwa b’mod negattiv l-intitolamenti ta’ produtturi u ta’ importaturi oħrajn mhux involuti fit-tranżazzjoni sottostanti għandhom jiġu miċħudin.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0573
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.