+Artikolu 23 Kontrolli tal-kummerċ
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
---+Artikolu 23 5.
---+Artikolu 23 6.
---+Artikolu 23 7.
---+Artikolu 23 8.
---+Artikolu 23 9.
---+Artikolu 23 10.
---+Artikolu 23 11.
---+Artikolu 23 12.
---+Artikolu 23 13.
|
Artikolu 23 Kontrolli tal-kummerċ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1.
|
L-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurzaw il-projbizzjonijiet u restrizzjonijiet oħrajn stabbiliti f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet.
|
|
Artikolu 23 2.
|
Għall-finijiet tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, l-impriża li jkollha kwota jew awtorizzazzjonijiet sabiex tuża kwota kif meħtieġ skont dan ir-Regolament, u reġistrata fil-Portal tal-gassijiet F skont l-Artikolu 20 għandha tkun l-importatur indikat fid-dikjarazzjoni doganali. Għall-finijiet tal-importazzjonijiet, għajr għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, l-impriża reġistrata fil-Portal tal-gassijiet F skont l-Artikolu 20 għandha tkun id-dikjarant indikat fid-dikjarazzjoni doganali li jkun id-detentur tal-awtorizzazzjoni għal proċedura speċjali għajr it-tranżitu, sakemm ma jkunx hemm trasferiment ta’ drittijiet u obbligi skont l-Artikolu 218 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 biex persuna oħra titħalla tkun id-dikjarant.
►C1
Fil-każ ta’ proċedura ta’ tranżitu, l-impriża rreġistrata fil-Portal tal-gassijiet F skont l-Artikolu 20 għandha tkun id-detentur tal-proċedura. ◄
Għall-finijiet tal-esportazzjonijiet, l-impriża reġistrata fil-Portal tal-gassijiet F skont l-Artikolu 20 għandha tkun l-esportatur indikat fid-dikjarazzjoni doganali.
|
|
Artikolu 23 3.
|
F’każijiet ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, u ta’ prodotti u ta’ tagħmir li jkun fihom dawk il-gassijiet jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawk il-gassijiet, l-importatur jew, meta dan ma jkunx disponibbli, id-dikjarant indikat fid-dikjarazzjoni doganali jew fid-dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja, u f’każijiet ta’ esportazzjonijiet l-esportatur indikat fid-dikjarazzjoni doganali, għandu jipprovdi lill-awtoritajiet doganali l-informazzjoni li ġejja, meta dan ikun rilevanti, fid-dikjarazzjoni doganali:
(a)
in-numru ta’ identifikazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-Portal tal-gassijiet F;
(b)
in-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI);
(c)
il-massa netta ta’ gassijiet bl-ingrossa u ta’ gassijiet li jinsabu fi prodotti u f’tagħmir, u f’partijiet minnhom;
(d)
il-kodiċi tal-komodità li bih tiġi kklassifikata l-merkanzija;
(e)
it-tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2 ta’ gassijiet bl-ingrossa u ta’ gassijiet li jinsabu fi prodotti jew f’tagħmir, u f’partijiet minnhom.
|
|
Artikolu 23 4.
|
L-awtoritajiet doganali għandhom jivverifikaw, b’mod partikolari, jekk f’każijiet ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, l-importatur indikat fid-dikjarazzjoni doganali għandux kwota jew awtorizzazzjonijiet għall-użu ta’ kwota kif meħtieġ skont dan ir-Regolament qabel ma jirrilaxxaw il-merkanzija għaċ-ċirkolazzjoni libera. L-awtoritajiet doganali għandhom jiżguraw li, f’każijiet ta’ importazzjonijiet, l-importatur indikat fid-dikjarazzjoni doganali jew, meta dan ma jkunx disponibbli, id-dikjarant, u, f’każijiet ta’ esportazzjonijiet, l-esportatur indikat fid-dikjarazzjoni doganali, ikun reġistrat fil-Portal tal-gassijiet F skont l-Artikolu 20.
|
|
Artikolu 23 5.
|
Meta jkun rilevanti, l-awtoritajiet doganali għandhom jikkomunikaw informazzjoni dwar l-iżdoganar tal-merkanzija lill-Portal tal-gassijiet F permezz tal-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-UE għad-Dwana.
|
|
Artikolu 23 6.
|
L-importaturi ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I u fit-Taqsima 1 tal-Anness II, f’kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew, għandhom jagħmlu disponibbli għall-awtoritajiet doganali, fiż-żmien meta tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni doganali relatata mar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, dikjarazzjoni ta’ konformità kif imsemmi fl-Artikolu 11(4), il-punt li tinkludi evidenza li tikkonferma l-arranġamenti fis-seħħ għar-ritorn tal-kontenitur għall-fini ta’ mili mill-ġdid.
|
|
Artikolu 23 7.
|
L-importaturi ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra għandhom jagħmlu disponibbli għall-awtoritajiet doganali fiż-żmien meta tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni doganali relatata mar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, l-evidenza msemmija fl-Artikolu 4(6).
|
|
Artikolu 23 8.
|
Id-dikjarazzjoni ta’ konformità u d-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(2) għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet doganali fiż-żmien meta tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni doganali relatata mar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera.
|
|
Artikolu 23 9.
|
L-awtoritajiet doganali għandhom jivverifikaw il-konformità mar-regoli dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, meta jwettqu l-kontrolli bbażati fuq analiżi tar-riskju fil-kuntest tas-Sistema għall-Ġestjoni tar-Riskju Doganali u f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dik l-analiżi tar-riskju għandha tqis, b’mod partikolari, kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar il-probabbiltà ta’ kummerċ illegali ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u l-istorja tal-konformità tal-impriża kkonċernata.
|
|
Artikolu 23 10.
|
Fuq il-bażi tal-analiżi tar-riskju, meta twettaq kontrolli doganali fiżiċi fuq is-sustanzi, il-prodotti u t-tagħmir koperti minn dan ir-Regolament, l-awtorità doganali għandha, b’mod partikolari, tivverifika dan li ġej fuq l-importazzjonijiet u fuq l-esportazzjonijiet:
(a)
li l-merkanzija ppreżentata tikkorrispondi għal dik deskritta fil-liċenzja u fid-dikjarazzjoni doganali;
(b)
li l-prodott jew it-tagħmir ippreżentat ma jaqax taħt il-projbizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11(1) u (3);
(c)
li l-merkanzija tkun ittikkettata f’konformità mal-Artikolu 12 qabel ma dik il-merkanzija tiġi rrilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera.
L-importatur jew fejn l-importatur mhux disponibbli, id-dikjarant, jew l-esportatur, kif meħtieġ, għandhom jagħmlu l-liċenzja disponibbli għall-awtoritajiet doganali matul il-kontrolli f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.
|
|
Artikolu 23 11.
|
L-awtoritajiet doganali jew l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jipprevjenu tentattivi ta’ importazzjoni jew esportazzjoni tas-sustanzi, tal-prodotti u tat-tagħmir koperti minn dan ir-Regolament li diġà ma kinux permessi jidħlu jew joħorġu mit-territorju.
|
|
Artikolu 23 12.
|
L-awtoritajiet doganali għandhom jikkonfiskaw jew jaqbdu kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew kif imsemmi fl-Artikolu 11(3), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament, li huma pprojbiti minn dan ir-Regolament sabiex jintremew billi jinqerdu f’konformità mal-Artikoli 197 u 198 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 jew għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiżguraw il-konfiska u l-qbid ta’ tali kontenituri sabiex jintremew billi jinqerdu. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom ukoll jirtiraw jew isejħu lura mis-suq tali kontenituri f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2019/1020. F’każijiet oħra, mhux imsemmija fl-ewwel subparagrafu, ta’ importazzjoni illegali, provvista sussegwenti, jew esportazzjoni mwettqa bi ksur ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari meta gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I jitqiegħdu fis-suq bl-ingrossa jew jiġu ċċarġjati fi prodotti u tagħmir bi ksur tar-rekwiżiti tal-kwota u tal-awtorizzazzjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali jew l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jieħdu miżuri alternattivi. Tali miżuri jistgħu jinkludu l-irkant dment li t-tqegħid fis-suq sussegwenti jkun f’konformità ma’ dan ir-Regolament. L-esportazzjoni ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I li fir-rigward ikun ġie stabbilit in-nuqqas ta’ konformità wara r-rilaxx tagħhom għaċ-ċirkolazzjoni libera, għandha tiġi pprojbita.
|
|
Artikolu 23 13.
|
L-Istati Membri għandhom jappuntaw jew japprovaw uffiċċji doganali jew postijiet oħrajn u għandhom jispeċifikaw ir-rotta lejn dawk l-uffiċċji u l-postijiet, f’konformità mal-Artikoli 135 u 267 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, għall-preżentazzjoni lill-awtoritajiet tad-dwana tal-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I għal, u tal-prodotti u tat-tagħmir imsemmija fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, mad-dħul tagħhom fit-territorju doganali tal-Unjoni jew mal-ħruġ tagħhom minnu. Il-kontrolli għandhom jitwettqu mill-persunal tal-uffiċċju doganali jew minn persuni awtorizzati oħra f’konformità mar-regoli nazzjonali, li jkollhom għarfien dwar kwistjonijiet relatati mal-prevenzjoni ta’ attivitajiet illegali koperti minn dan ir-Regolament u jkollhom aċċess għal tagħmir xieraq biex iwettqu l-kontrolli fiżiċi rilevanti abbażi ta’ analiżi tar-riskju. L-uffiċċji doganali jew postijiet oħra appuntati jew approvati msemmija fl-ewwel subparagrafu biss għandhom ikunu awtorizzati jiftħu jew itemmu proċedura ta’ tranżitu tal-gassijiet u tal-prodotti jew tat-tagħmir koperti minn dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0573
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|