+Artikolu 24 Miżuri għall-monitoraġġ tal-kummerċ illegali
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.

Artikolu 24 Miżuri għall-monitoraġġ tal-kummerċ illegali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 24 1.

Abbażi tal-monitoraġġ regolari tal-kummerċ tal-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u tal-valutazzjoni tar-riskji potenzjali ta’ kummerċ illegali marbuta mal-movimenti ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, ta’ prodotti u ta’ tagħmir li jkun fihom dawk il-gassijiet jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawk il-gassijiet, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 biex:

(a) 

tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kriterji li għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru meta jwettqu l-verifiki, f’konformità mal-Artikolu 29, biex jistabbilixxu jekk l-impriżi jikkonformawx mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament;

(b) 

tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika r-rekwiżiti li għandhom jiġu vverifikati fil-monitoraġġ, f’konformità mal-Artikolu 23, ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, u ta’ prodotti u ta’ tagħmir li jkun fihom dawk il-gassijiet jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawk il-gassijiet, imqegħdin taħt ħażna temporanja jew taħt proċedura doganali, li tinkludi proċedura ta’ ħażna doganali jew taż-żona libera, jew fi tranżitu mit-territorju doganali tal-Unjoni;

(c) 

temenda dan ir-Regolament billi żżid metodoloġiji ta’ traċċar għall-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra mqiegħda fis-suq għall-monitoraġġ, f’konformità mal-Artikolu 22, tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, u ta’ prodotti u ta’ tagħmir li jkun fihom dawk il-gassijiet jew li l-funzjonament tagħhom ikun jiddependi minn dawk il-gassijiet, imqegħdin taħt ħażna temporanja jew taħt proċedura doganali.

Artikolu 24 2.
Meta tadotta att delegat skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tqis il-benefiċċji ambjentali u l-impatti soċjoekonomiċi tal-metodoloġija li għandha tiġi stabbilita skont il-punti (a), (b) u (c) ta’ dak il-paragrafu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0573
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.