|
+Artikolu 24 1. |
Artikolu 24 1.Abbażi tal-monitoraġġ regolari tal-kummerċ tal-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u tal-valutazzjoni tar-riskji potenzjali ta’ kummerċ illegali marbuta mal-movimenti ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, ta’ prodotti u ta’ tagħmir li jkun fihom dawk il-gassijiet jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawk il-gassijiet, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 biex:
(a)
tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kriterji li għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru meta jwettqu l-verifiki, f’konformità mal-Artikolu 29, biex jistabbilixxu jekk l-impriżi jikkonformawx mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament;
(b)
tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika r-rekwiżiti li għandhom jiġu vverifikati fil-monitoraġġ, f’konformità mal-Artikolu 23, ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, u ta’ prodotti u ta’ tagħmir li jkun fihom dawk il-gassijiet jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawk il-gassijiet, imqegħdin taħt ħażna temporanja jew taħt proċedura doganali, li tinkludi proċedura ta’ ħażna doganali jew taż-żona libera, jew fi tranżitu mit-territorju doganali tal-Unjoni;
(c)
temenda dan ir-Regolament billi żżid metodoloġiji ta’ traċċar għall-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra mqiegħda fis-suq għall-monitoraġġ, f’konformità mal-Artikolu 22, tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, u ta’ prodotti u ta’ tagħmir li jkun fihom dawk il-gassijiet jew li l-funzjonament tagħhom ikun jiddependi minn dawk il-gassijiet, imqegħdin taħt ħażna temporanja jew taħt proċedura doganali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|