+Artikolu 26 Rapportar minn impriżi
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.
---+Artikolu 26 5.
---+Artikolu 26 6.
---+Artikolu 26 7.
---+Artikolu 26 8.
---+Artikolu 26 9.
|
Artikolu 26 Rapportar minn impriżi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26 1.
|
Sal-31 ta’ Marzu 2025 u kull sena minn hemm ’il quddiem, kull produttur, importatur u esportatur li pproduċew, importaw jew esportaw idrofluworokarburi jew kwantitajiet li jaqbżu tunnellata metrika waħda jew 100 tunnellata f’ekwivalenti ta’ CO2 ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra oħrajn matul is-sena kalendarja preċedenti għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni d-data speċifikata fl-Anness IX dwar kull waħda minn dawk is-sustanzi għal dik is-sena kalendarja. Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għall-impriżi kollha li jirċievu kwota skont l-Artikolu 21(1). Sal-31 ta’ Marzu 2024 u kull sena minn hemm ’il quddiem, kull produttur jew importatur li jkun ġie allokat kwota skont l-Artikolu 17(4), jew li lilu tkun ġiet ittrasferita kwota skont l-Artikolu 21(1), iżda ma jkun qiegħed l-ebda kwantità ta’ idrofluworokarburi fis-suq matul is-sena kalendarja preċedenti, għandu jirrapporta lill-Kummissjoni billi jissottometti “rapport żero”.
|
|
Artikolu 26 2.
|
Sal-31 ta’ Marzu 2025 u kull sena minn hemm ’il quddiem, kull impriża li tkun qerdet idrofluworokarburi jew kwantitajiet ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra oħrajn li jaqbżu tunnellata metrika waħda jew 100 tunnellata f’ekwivalenti ta’ CO2 matul is-sena kalendarja preċedenti għandha tirrapporta lill-Kummissjoni d-data speċifikata fl-Anness IX dwar kull waħda minn dawk is-sustanzi għal dik is-sena kalendarja.
|
|
Artikolu 26 3.
|
Sal-31 ta’ Marzu 2025 u kull sena minn hemm ’il quddiem, kull impriża li użat 1 000 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 jew aktar f’gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I bħala materja prima matul is-sena kalendarja preċedenti għandha tirrapporta lill-Kummissjoni d-data speċifikata fl-Anness IX dwar kull waħda minn dawk is-sustanzi għal dik is-sena kalendarja.
|
|
Artikolu 26 4.
|
Sal-31 ta’ Marzu 2025 u kull sena minn hemm ’il quddiem, kull impriża li qiegħdet 10 tunnellati f’ekwivalenti ta’ CO2 jew aktar ta’ idrofluworokarburi, jew 100 tunnellata f’ekwivalenti ta’ CO2 jew aktar ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, li jinsabu fi prodotti jew f’tagħmir fis-suq matul is-sena kalendarja preċedenti għandha tirrapporta lill-Kummissjoni d-data speċifikata fl-Anness IX dwar kull waħda minn dawk is-sustanzi għal dik is-sena kalendarja.
|
|
Artikolu 26 5.
|
Sal-31 ta’ Marzu 2025 u kull sena minn hemm ’il quddiem, kull impriża li tkun irċeviet kwalunkwe kwantità ta’ idrofluworokarburi msemmija fl-Artikolu 16(2) għandha tirrapporta lill-Kummissjoni d-data speċifikata fl-Anness IX dwar kull waħda minn dawk is-sustanzi għal dik is-sena kalendarja. Sal-31 ta’ Marzu 2025 u kull sena minn hemm ’il quddiem, kull produttur jew importatur li jkun qiegħed fis-suq idrofluworokarburi bl-għan li jipproduċi inalaturi b’doża mkejla għall-konsenja ta’ ingredjenti farmaċewtiċi għandu jirrapporta lill-Kummissjoni d-data speċifikata fl-Anness IX. Il-manifatturi ta’ tali inalaturi b’doża mkejla għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni d-data speċifikata fl-Anness IX dwar l-idrofluworokarburi riċevuti.
|
|
Artikolu 26 6.
|
Sal-31 ta’ Marzu 2025 u kull sena minn hemm ’il quddiem, kull impriża li tkun irreklamat kwantitajiet li jaqbżu tunnellata metrika waħda jew 100 tunnellata f’ekwivalenti ta’ CO2 ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra għandha tirrapporta lill-Kummissjoni d-data speċifikata fl-Anness IX dwar kull waħda minn dawk is-sustanzi għal dik is-sena kalendarja.
|
|
Artikolu 26 7.
|
Sat-30 ta’ April 2025 u kull sena minn hemm ’il quddiem, kull importatur ta’ tagħmir li jkun qiegħed fis-suq tagħmir iċċarġjat minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 19 li jkun fih tal-anqas 1 000 tunnellata ta’ idrofluworokarburi ekwivalenti ta’ CO2, u meta dawk l-idrofluworokarburi ma jkunux tqiegħdu fis-suq qabel l-iċċarġjar tat-tagħmir, għandu jissottometti lill-Kummissjoni rapport ta’ verifika maħruġ skont l-Artikolu 19(3).
|
|
Artikolu 26 8.
|
Sat-30 ta’ April 2025 u kull sena minn hemm ’il quddiem, kull impriża li, skont il-paragrafu 1, tirrapporta dwar it-tqegħid fis-suq ta’ 1 000 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 jew aktar ta’ idrofluworokarburi matul is-sena kalendarja preċedenti għandha, barra minn hekk, tiżgura li l-veraċità tar-rapport tagħha tiġi kkonfermata, f’livell raġonevoli ta’ assigurazzjoni, minn awditur indipendenti. L-awditur għandu jiġi rreġistrat fil-Portal tal-gassijiet F u għandu jkun akkreditat:
(a)
skont id-Direttiva 2003/87/KE; jew
(b)
biex jivverifika rapporti finanzjarji f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.
It-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 16(2), il-punt (c), għandhom jiġu vverifikati irrispettivament mill-kwantitajiet involuti. Il-Kummissjoni tista’ titlob impriża tiżgura li l-veraċità tar-rapport tagħha tiġi kkonfermata minn awditur indipendenti f’livell raġonevoli ta’ assigurazzjoni, irrispettivament mill-kwantitajiet involuti, meta dan ikun meħtieġ biex tiġi kkonfermata l-konformità tal-impriża ma’ dan ir-Regolament. Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tispeċifika d-dettalji tal-verifika tar-rapporti u tal-akkreditazzjoni tal-awdituri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
|
|
Artikolu 26 9.
|
Ir-rapportar u l-verifika kollha msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jitwettqu permezz tal-Portal tal-gassijiet F. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina l-format tas-sottomissjoni tar-rapporti msemmija f’dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0573
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|