+Artikolu 26 8.

Artikolu 26 8.

Sat-30 ta’ April 2025 u kull sena minn hemm ’il quddiem, kull impriża li, skont il-paragrafu 1, tirrapporta dwar it-tqegħid fis-suq ta’ 1 000 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 jew aktar ta’ idrofluworokarburi matul is-sena kalendarja preċedenti għandha, barra minn hekk, tiżgura li l-veraċità tar-rapport tagħha tiġi kkonfermata, f’livell raġonevoli ta’ assigurazzjoni, minn awditur indipendenti. L-awditur għandu jiġi rreġistrat fil-Portal tal-gassijiet F u għandu jkun akkreditat:

(a) 

skont id-Direttiva 2003/87/KE; jew

(b) 

biex jivverifika rapporti finanzjarji f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.

It-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 16(2), il-punt (c), għandhom jiġu vverifikati irrispettivament mill-kwantitajiet involuti.

Il-Kummissjoni tista’ titlob impriża tiżgura li l-veraċità tar-rapport tagħha tiġi kkonfermata minn awditur indipendenti f’livell raġonevoli ta’ assigurazzjoni, irrispettivament mill-kwantitajiet involuti, meta dan ikun meħtieġ biex tiġi kkonfermata l-konformità tal-impriża ma’ dan ir-Regolament.

Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tispeċifika d-dettalji tal-verifika tar-rapporti u tal-akkreditazzjoni tal-awdituri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0573
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.