+ANNESS IV Projbizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq imsemmija fl-Artikolu 11(1)

ANNESS IV Projbizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq imsemmija fl-Artikolu 11(1)




ANNESS IV

Projbizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq imsemmija fl-Artikolu 11(1)



Prodotti u tagħmir

Data tal-projbizzjoni

(1)  Kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew għall-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I, vojta, mimlija parzjalment jew kompletament, użati għas-servizzjar, il-manutenzjoni, jew għall-mili ta’ tagħmir ta’ refriġerazzjoni, arja kondizzjonata jew pompi tas-sħana, sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar jew kommutaturi elettriċi, jew biex jintużaw bħala solventi.

l-4 ta’ Lulju 2007

 

 

REFRIĠERAZZJONI STAZZJONARJA

(2)  Friġġijiet u friżers domestiċi:

(a)  li jkun fihom HFCs b’GWP ta’ 150 jew aktar.

l-1 ta’ Jannar 2015

(b)  li jkun fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, ħlief jekk dawn ikunu meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ sikurezza fis-sit tal-operat.

l-1 ta’ Jannar 2026

(3)  Refriġeraturi u friżers għal użu kummerċjali (tagħmir awtonomu):

(a)  li jkun fihom HFCs b’GWP ta’ 2 500 jew aktar;

l-1 ta’ Jannar 2020

(b)  li jkun fihom HFCs b’GWP ta’ 150 jew aktar;

l-1 ta’ Jannar 2022

(c)  li jkun fihom gassijiet fluworurati oħra b’effett ta’ serra b’GWP ta’ 150 jew aktar.

l-1 ta’ Jannar 2025

(4)  Kwalunkwe tagħmir ta’ refriġerazzjoni awtonomu, ħlief chillers, li jkun fih gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra b’GWP ta’ 150 jew aktar, ħlief jekk dawn ikunu meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ sikurezza fis-sit tal-operat.

l-1 ta’ Jannar 2025

(5)  Tagħmir ta’ refriġerazzjoni, ħlief chillers u tagħmir kopert fil-punti (4) u (6), li jkun fih, jew li l-funzjonament tiegħu jkun jiddependi minn

(a)  HFCs b’GWP ta’ 2 500 jew aktar, ħlief tagħmir maħsub għal applikazzjoni li tkun imfassla biex tkessaħ prodotti għal temperaturi inqas minn — 50 °C;

l-1 ta’ Jannar 2020

(b)  gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra b’GWP ta’ 2 500 jew aktar, ħlief tagħmir maħsub għal applikazzjoni li tkun imfassla biex tkessaħ prodotti għal temperaturi inqas minn — 50 °C;

l-1 ta’ Jannar 2025

(c)  gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra b’GWP ta’ 150 jew aktar, ħlief jekk dawn ikunu meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ sikurezza fis-sit tal-operat.

l-1 ta’ Jannar 2030

(6)  Sistemi ta’ refriġerazzjoni ċentralizzati kollettivi għal użu kummerċjali b’kapaċità nominali ta’ 40 kW jew aktar li jkun fihom, jew li l-funzjonament tagħhom ikun jiddependi minn, gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I b’GWP ta’ 150 jew aktar, ħlief fiċ-ċirkwit refriġerant primarju ta’ sistemi kaskati fejn jistgħu jintużaw gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra b’GWP ta’ inqas minn 1 500 .

l-1 ta’ Jannar 2022

CHILLERS STAZZJONARJI

(7)  Chillers li jkun fihom, jew li l-funzjonament tagħhom ikun jiddependi minn:

(a)  HFCs b'GWP ta' 2 500 jew aktar ħlief tagħmir maħsub għall-applikazzjoni ddisinjat biex ikessaħ il-prodotti għal temperaturi taħt — 50 °C;

l-1 ta’ Jannar 2020

(b)  gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra b’GWP ta’ 150 GWP jew aktar għal chillers b’kapaċità nominali massima ta’ 12 kW, ħlief jekk dawn ikunu meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ sikurezza fis-sit tal-operat;

l-1 ta’ Jannar 2027

(c)  gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra għal chillers b’kapaċità nominali massima ta’ 12 Kw, ħlief jekk dawn ikunu meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ sikurezza fis-sit tal-operat;

l-1 ta’ Jannar 2032

►C1  
(d)  gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra b’GWP ta’ 750 jew aktar għal chillers b'kapaċità nominali ta’ aktar minn 12 kW, ħlief jekk dawn ikunu meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ sikurezza fis-sit tal-operat.  ◄

l-1 ta’ Jannar 2027

TAGĦMIR TAL-ARJA KONDIZZJONATA STAZZJONARJU U POMPI TAS-SĦANA STAZZJONARJI

(8)  Tagħmir awtonomu tal-arja kondizzjonata u pompi tas-sħana, ħlief chillers, li:

(a)  tagħmir plug-in għall-kmamar tal-arja kondizzjonata li jista’ jiġi mċaqlaq bejn kamra u oħra mill-utent finali li jkun fih HFCs b’GWP ta’ 150 jew aktar.

l-1 ta’ Jannar 2020

(b)  tagħmir plug-in għall-kmamar tal-arja kondizzjonata, tagħmir monoblokk tal-arja kondizzjonata, tagħmir awtonomu ieħor tal-arja kondizzjonata u pompi tas-sħana awtonomi, b’kapaċità nominali massima ta’, u li tinkludi, 12 kW li jkun fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra b’GWP ta’ 150 jew aktar, ħlief jekk dawn ikunu meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ sikurezza. Jekk ir-rekwiżiti tas-sikurezza fis-sit tal-operat ma jippermettux l-użu ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra b’GWP ta’ inqas minn 150, il-limitu tal-GWP ikun ta’ 750;

l-1 ta’ Jannar 2027

(c)  tagħmir plug-in għall-kmamar tal-arja kondizzjonata, tagħmir monoblokk tal-arja kondizzjonata, tagħmir awtonomu ieħor tal-arja kondizzjonata u pompi tas-sħana awtonomi, b’kapaċità nominali massima ta’, u li tinkludi, 12 kW li jkun fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, ħlief jekk dawn ikunu meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ sikurezza. Jekk ir-rekwiżiti tas-sikurezza fis-sit tal-operat ma jippermettux l-użu ta’ alternattivi għall-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, il-limitu tal-GWP ikun ta’ 750;

l-1 ta’ Jannar 2032

 

(d)  tagħmir monoblokk u tagħmir awtonomu ieħor tal-arja kondizzjonata u pompi tas-sħana b’kapaċità nominali massima ta’ aktar minn 12 kW iżda li ma taqbiżx il-50 kW li jkun fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra b’GWP ta’ 150 jew aktar, ħlief jekk dawn ikunu meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ sikurezza. Jekk ir-rekwiżiti tas-sikurezza fis-sit tal-operat ma jippermettux l-użu ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra b’GWP ta’ inqas minn 150, il-limitu tal-GWP jkun ta’ 750;

l-1 ta’ Jannar 2027

(e)  tagħmir awtonomu ieħor tal-arja kondizzjonata u pompi tas-sħana li jkun fih gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra b’GWP ta’ 150 jew aktar, ħlief jekk dawn ikunu meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ sikurezza. Jekk ir-rekwiżiti tas-sikurezza fis-sit tal-operat ma jippermettux l-użu ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra b’GWP ta’ inqas minn 150, il-limitu tal-GWP ikun ta’ 750.

l-1 ta’ Jannar 2030

(9)  Tagħmir tal-arja kondizzjonata bil-kondensatur separat u pompi tas-sħana (1):

(a)  Sistemi maqsumin fi tnejn, li jkun fihom inqas minn 3 kg ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I, li jkun fihom, jew li l-funzjonament tagħhom ikun jibbaża fuq, gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I b’GWP ta’ 750 jew aktar;

l-1 ta’ Jannar 2025

(b)  Sistemi mill-arja għall-ilma maqsumin ta’ kapaċità nominali massima ta’, u li tinkludi, 12 kW li jkun fihom, jew li l-funzjonament tagħhom ikun jiddependi minn, gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra b’GWP ta’ 150 jew aktar, ħlief jekk dawn ikunu meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ sikurezza fis-sit tal-operat;

l-1 ta’ Jannar 2027

(c)  Sistemi mill-arja għall-arja maqsumin ta’ kapaċità nominali massima ta’, u tinkludi, 12 kW li jkun fihom, jew li l-funzjonament tagħhom ikun jiddependi minn, gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra b’GWP ta’ 150 jew aktar, ħlief jekk dawn ikunu meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ sikurezza fis-sit tal-operat;

l-1 ta’ Jannar 2029

(d)  Sistemi maqsumin ta’ kapaċità nominali massima ta’, u li tinkludi, 12 kW li jkun fihom, jew li l-funzjonament tagħhom ikun jiddependi minn, gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, ħlief jekk dawn ikunu meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ sikurezza fis-sit tal-operat;

l-1 ta’ Jannar 2035

 

(e)  Sistemi maqsumin ta’ kapaċità nominali ta’ aktar minn 12 kW li jkun fihom, jew li l-funzjonament tagħhom ikun jiddependi minn, gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra b’GWP ta’ 750 jew aktar, ħlief jekk dawn ikunu meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ sikurezza fis-sit tal-operat;

l-1 ta’ Jannar 2029

(f)  Sistemi maqsumin ta’ kapaċità nominali ta’ aktar minn 12 kW li jkun fihom, jew li l-funzjonament tagħhom ikun jibbaża fuq, gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra b’GWP ta’ 150 jew aktar, ħlief jekk dawn ikunu meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ sikurezza fis-sit tal-operat.

l-1 ta’ Jannar 2033

PRODOTTI U TAGĦMIR OĦRA

(10)  Sistemi ta’ evaporazzjoni diretta mhux imrażżna li jkun fihom HFCs u PFCs bħala refriġeranti.

 

l-4 ta’ Lulju 2007

(11)  Tagħmir ta’ protezzjoni kontra n-nar:

(a)  li jkun fih PFCs;

l-4 ta’ Lulju 2007

(b)  li jkun fih HFC-23;

l-1 ta’ Jannar 2016

(c)  li jkun fih jew li jiddependi minn gassijiet fluworurati oħra b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I, ħlief meta jkunu meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ sikurezza fis-sit tal-operat.

l-1 ta’ Jannar 2025

(12)  Twieqi għall-użu domestiku li jkun fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I.

l-4 ta’ Lulju 2007

(13)  Twieqi oħra li jkun fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I.

l-4 ta’ Lulju 2008

(14)  Żraben li jkun fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I.

l-4 ta’ Lulju 2006

(15)  Tajers li jkun fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I.

l-4 ta’ Lulju 2007

(16)  Fowms b’komponent wieħed li jkun fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I b’GWP ta’ 150 jew aktar, ħlief meta jkunu meħtieġa biex jiġu ssodisfati standards nazzjonali ta’ sikurezza.

l-4 ta’ Lulju 2008

(17)  Fowms:

(a)  Polisterin estruż (XPS) li jkun fih HFCs b’GWP ta’ 150 jew aktar, ħlief jekk ikun meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-istandards nazzjonali ta’ sikurezza;

l-1 ta’ Jannar 2020

(b)  Fowms, għajr polistiren estruż (XPS), li jkun fihom HFCs b’GWP ta’ 150 jew aktar, ħlief jekk dawn ikunu meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-istandards nazzjonali ta’ sikurezza;

l-1 ta’ Jannar 2023

(c)  Fowms li jkun fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, ħlief jekk dawn ikunu meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ sikurezza.

l-1 ta’ Jannar 2033

(18)  Ġeneraturi tal-aerosol kummerċjalizzati u maħsuba għall-bejgħ lill-pubbliku ġenerali għal skopijiet ta’ divertiment u tiżjin, kif elenkati fil-punt 40 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u ħornijiet tal-gass, li jkun fihom HFCs b’GWP ta’ 150 jew aktar.

l-4 ta’ Lulju 2009

(19)  Aerosols tekniċi:

(a)  li jkun fihom HFCs b’GWP ta’ 150 jew aktar, ħlief jekk dawn ikunu meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-istandards nazzjonali ta’ sikurezza jew meta jintużaw għal applikazzjonijiet mediċi;

l-1 ta’ Jannar 2018

(b)  li jkun fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, ħlief jekk dawn ikunu meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-istandards nazzjonali ta’ sikurezza jew meta jintużaw għal applikazzjonijiet mediċi.

l-1 ta’ Jannar 2030

(20)  Prodotti għall-kura personali (jiġifieri mousse, kremi, fowms, likwidi jew sprejs) li jkun fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra.

l-1 ta’ Jannar 2025

(21)  Tagħmir użat għat-tkessiħ tal-ġilda li jkun fih, jew li l-funzjonament tiegħu jkun jibbaża fuq, gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra b’GWP ta’ 150 jew aktar, ħlief jekk dawn jintużaw għal applikazzjonijiet mediċi.

l-1 ta’ Jannar 2025

(1)   

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, tagħmir tal-arja kondizzjonata u tal-pompi tas-sħana fiss u b’kanal doppju għandu jitqies bħala maqsum (kategorija numru 9) u jkun soġġett għall-istess rekwiżiti.

Il-punt 1 japplika għal kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, jiġifieri:

(a) 

kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew mingħajr ma jiġu adattati għal dak il-għan; u

(b) 

kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew iżda jiġu importati jew imqiegħda fis-suq mingħajr ma jkun sar provvediment għar-ritorn tagħhom għall-mili mill-ġdid.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0573
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.