|
+ANNESS IX Datali għandha tiġi rrapportata skont l-Artikolu 26 |
ANNESS IX Datali għandha tiġi rrapportata skont l-Artikolu 26
ANNESS IX Data li għandha tiġi rrapportata skont l-Artikolu 26 (1) Kull produttur imsemmi fl-Artikolu 26(1), l-ewwel subparagrafu, għandu jirrapporta dwar:
(a)
il-kwantità totali ta’ kull sustanza elenkata fl-Annessi I, II u III li pproduċa fl-Unjoni, inkluża l-produzzjoni sekondarja, filwaqt li jiddifferenzja bejn l-ammonti maqbuda u mhux maqbuda, u jidentifika l-kwantitajiet meqruda, minn tali produzzjoni jew produzzjoni sekondarja, ta’ ammonti mhux maqbuda, jew jekk jinqabdu, il-kwantitajiet meqruda qabel it-tqegħid fis-suq tagħhom, jew fil-faċilitajiet tal-produttur jew mgħoddija lil impriżi oħra għall-qerda, kif ukoll l-impriża li wettqet il-qerda;
(b)
il-kategoriji ewlenin ta’ applikazzjoni li fihom tintuża s-sustanza;
(c)
il-kwantitajiet ta’ kull sustanza elenkata fl-Annessi I, II u III li jkun qiegħed fis-suq fl-Unjoni, filwaqt li jispeċifika separatament:
(i)
il-kwantitajiet imqiegħda fis-suq għal użi bħala materja prima, inkluż, għall-HFC-23 biss, jekk wara l-qbid minn qabel jew mingħajr il-qbid minn qabel;
(ii)
l-esportazzjonijiet diretti;
(iii)
il-produzzjoni ta’ inalaturi b’doża mkejla għall-konsenja ta’ ingredjenti farmaċewtiċi;
(iv)
l-użu f’tagħmir militari;
(v)
l-użu fl-inċiżjoni ta’ materjal semikunduttur jew it-tindif ta’ kmamar għad-depożizzjoni tal-fwar kimiku fis-settur tal-manifattura tas-semikondutturi;
(vi)
l-ammonti ta’ idrofluworokarburi prodotti għal użi fl-Unjoni li huma eżentati skont il-Protokoll;
(d)
kwalunkwe stokk miżmum fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar, filwaqt li jiġi speċifikat jekk diġà tqigħedx fis-suq jew le. (2) Kull importatur imsemmi fl-Artikolu 26(1), l-ewwel subparagrafu, għandu jirrapporta dwar:
(a)
il-kwantità totali ta’ kull sustanza elenkata fl-Annessi I, II u III li jkun importa fl-Unjoni, u għandu jidentifika l-kategoriji prinċipali ta’ applikazzjoni fejn tintuża s-sustanza, filwaqt li jispeċifika separatament:
(i)
l-ammonti importati, mhux rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera, u esportati mill-ġdid li jinsabu fi prodotti jew f’tagħmir mill-impriża li tirrapporta;
(ii)
il-kwantitajiet għall-qerda, filwaqt li tiġi identifikata l-impriża li twettaq il-qerda;
(iii)
l-użi tal-materja prima, filwaqt li jispeċifika separatament l-ammonti ta’ idrofluworokarburi importati għall-użi bħala materja prima, u jidentifika l-impriża li tuża l-materja prima;
(iv)
esportazzjonijiet diretti, filwaqt li jidentifika l-impriża ta’ esportazzjoni;
(v)
il-produzzjoni ta’ inalaturi b’doża mkejla għall-konsenja ta’ ingredjenti farmaċewtiċi filwaqt li jidentifika l-produttur;
(vi)
l-użu f’tagħmir militari; l-identifikazzjoni tal-impriża li tirċievi l-kwantitajiet għal dan l-użu;
(vii)
l-użu fl-inċiżjoni ta’ materjal semikunduttur jew it-tindif ta’ kmamar għad-depożizzjoni tal-fwar kimiku fis-settur tal-manifattura tas-semikondutturi, bl-identifikazzjoni tal-manifattur tas-semikondutturi riċeventi;
(viii)
l-ammonti ta’ idrofluworokarburi li hemm f’polioli mħalltin minn qabel;
(ix)
l-ammonti ta’ idrofluworokarburi rkuprati, riċiklati jew reklamati;
(x)
l-ammont ta’ idrofluworokarburi importati għal użi li huma eżentati skont il-Protokoll; Il-kwantitajiet ta’ idrofluworokarburi għandhom jiġu rrapportati separatament għal kull pajjiż ta’ oriġini.
(b)
kwalunkwe stokk miżmum fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar, filwaqt li jiġi speċifikat jekk diġà tqigħedx fis-suq jew le. (3) Kull esportatur imsemmi fl-Artikolu 26(1), l-ewwel subparagrafu, għandu jirrapporta dwar il-kwantitajiet ta’ kull sustanza elenkata fl-Annessi I, II u III li jkun esporta mill-Unjoni, filwaqt li jispeċifika jekk kinux mill-produzzjoni jew mill-importazzjoni tiegħu stess jew jekk inxtrawx minn impriżi oħra fl-Unjoni, inklużi l-ammonti ta’ idrofluworokarburi li jinsabu f’polioli mħalltin minn qabel. (4) Kull impriża msemmija fl-Artikolu 26(2) għandha tirrapporta dwar:
(a)
il-kwantitajiet ta’ kull sustanza elenkata fl-Annessi I, II u III meqruda, inklużi, separatament, il-kwantitajiet ta’ dawk is-sustanzi fi prodotti jew f’tagħmir;
(b)
kwalunkwe stokk miżmum fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar ta’ kull sustanza elenkata fl-Annessi I, II u III li jkun qed jistenna li jinqered, inklużi, separatament, il-kwantitajiet ta’ dawk is-sustanzi fi prodotti jew f’tagħmir;
(c)
it-teknoloġija użata għall-qerda tas-sustanzi elenkati fl-Annessi I, II u III. (5) Kull impriża msemmija fl-Artikolu 26(3) għandha tirrapporta dwar il-kwantitajiet ta’ kull sustanza elenkata fl-Anness I użata bħala materja prima. (6) Kull impriża msemmija fl-Artikolu 26(4) għandha tirrapporta dwar:
(a)
il-kategoriji tal-prodotti jew tat-tagħmir li jkun fihom sustanzi elenkati fl-Annessi I, II u III;
(b)
l-għadd ta’ unitajiet fir-rigward ta’ prodotti u ta’ tagħmir, jew massa fir-rigward ta’ prodotti li ma jistgħux jingħaddu bħall-fowms;
(c)
kwalunkwe kwantità ta’ kull sustanza elenkata fl-Annessi I, II u III li tinsab fil-prodotti jew fit-tagħmir;
(d)
l-ammont ta’ idrofluworokarburi ċċarġjati f’dan it-tagħmir importat, rilaxxat għal ċirkolazzjoni libera, li għalih l-idrofluworokarburi qabel kienu ġew esportati mill-Unjoni u li kienu ġew soġġetti għal limitazzjonijiet tal-kwota għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni tal-idrofluworokarburi. F’każ bħal dan, ir-rapport għandu jispeċifika wkoll l-impriża li tesporta u s-sena tal-esportazzjoni kif ukoll l-impriża li tkun poġġiet l-idrofluworokarburi fis-suq tal-Unjoni għall-ewwel darba u s-sena ta’ dak it-tqegħid fis-suq. (7) Kull impriża msemmija fl-Artikolu 26(5) għandha tirrapporta dwar il-kwantitajiet ta’ kull sustanza li tirċievi mingħand il-produtturi u l-importaturi għall-qerda, l-użi tal-materja prima, l-esportazzjonijiet diretti, inalaturi b’doża mkejla għall-konsenja ta’ ingredjenti farmaċewtiċi li jintużaw f’tagħmir militari u fl-inċiżjoni ta’ materjal semikunduttur jew fit-tindif ta’ kmamar għad-depożizzjoni tal-fwar kimiku fis-settur tal-manifattura tas-semikondutturi. Il-manifattur ta’ inalaturi b’doża mkejla għall-konsenja ta’ ingredjenti farmaċewtiċi għandu jirrapporta dwar it-tip ta’ idrofluworokarburi u l-kwantitajiet użati. (8) Kull impriża msemmija fl-Artikolu 26(6) għandha tirrapporta dwar:
(a)
il-kwantitajiet ta’ kull sustanza elenkata fl-Annessi I, II u III li tkun irreklamat;
(b)
kwalunkwe stokk miżmum fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar ta’ kull sustanza elenkata fl-Annessi I, II u III li qed jistenna li jiġi reklamat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|