+Artikolu 10 L-użu ta’ emerġenza tal-bromur tal-metil
---+Artikolu 10 1
---+Artikolu 10 2
|
Artikolu 10 L-użu ta’ emerġenza tal-bromur tal-metil
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1
|
1. Fil-każ ta’ emerġenza, fejn minħabba tifqigħat għall-għarrieda ta’ pesti jew ta’ mard partikolari jkun meħtieġ hekk, il-Kummissjoni, fuq talba tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, tista’ tawtorizza, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u wara notifika lis-Segretarjat tal-Ożonu f’konformità mad-Deċiżjoni IX/7 tal-Partijiet għall-Protokoll, il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu temporanju tal-bromur tal-metil, dment li t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-bromur tal-metil ikunu permessi, rispettivament, skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1107/2009 u (UE) Nru 528/2012. Kwalunkwe kwantità mhux użata ta’ bromur tal-metil għandha tinqered.
|
|
Artikolu 10 2
|
2. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jispeċifikaw il-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ bromur tal-metil waqt l-użu u japplikaw għal perjodu li ma jaqbiżx il-120 jum u għal kwantità li ma taqbiżx l-20 tunnellata metrika ta’ bromur tal-metil. F’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tinkludi rekwiżiti ta’ rapportar u għandha teħtieġ is-sottomissjoni ta’ evidenza ta’ sostenn neċessarja għall-monitoraġġ tal-użu tal-bromur tal-metil, inkluż evidenza dwar il-qerda tas-sustanza wara t-tmiem tad-deroga. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0590
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|