Artikolu 12
Il-qerda u r-reklamazzjoni
B’deroga mill-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(1), sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I, u prodotti u tagħmir li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, elenkati fl-Anness I, jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawn is-sustanzi, jistgħu jitqiegħdu fis-suq, sussegwentement jiġu forniti jew imqegħdin għad-dispożizzjoni ta’ persuna oħra fl-Unjoni bi ħlas jew mingħajr ħlas, għall-qerda fl-Unjoni skont l-Artikolu 20(6). Is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I jistgħu jitqiegħdu wkoll fis-suq għar-reklamazzjoni fl-Unjoni.