+Artikolu 13 Importazzjonijiet
---+Artikolu 13 1
---+Artikolu 13 2
|
Artikolu 13 Importazzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1
|
1. B’deroga mill-Artikolu 4(2) u mill-Artikolu 5(2), huma permessi l-importazzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li għandhom jintużaw bħala materja prima f’konformità mal-Artikolu 6;
|
|
(b)
|
sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li għandhom jintużaw bħala aġenti ta’ proċess f’konformità mal-Artikolu 7;
|
|
(c)
|
sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li għandhom jintużaw għal użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi f’konformità mal-Artikolu 8;
|
|
(d)
|
sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għall-qerda permezz ta’ teknoloġija kif imsemmija fl-Artikolu 20(6);
|
|
(e)
|
sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għar-reklamazzjoni kif imsemmijin fl-Artikolu 12;
|
|
(f)
|
bromur tal-metil għal użu ta’ emerġenza f’konformità mal-Artikolu 10;
|
|
(g)
|
aloni rkuprati, irriċiklati jew irreklamati, bil-kundizzjoni li jiġu importati biss għall-użi kritiċi msemmijin fl-Artikolu 9(1) minn impriżi awtorizzati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat sabiex jaħżnu l-aloni għal użi kritiċi;
|
|
(h)
|
prodotti u tagħmir li fihom l-aloni jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi mill-aloni, għall-finijiet tal-użi kritiċi msemmijin fl-Artikolu 9(1);
|
|
(i)
|
prodotti u tagħmir li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawn is-sustanzi, għall-qerda, fejn applikabbli mit-teknoloġija kif imsemmija fl-Artikolu 20(6);
|
|
(j)
|
prodotti u tagħmir li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawn is-sustanzi, għall-finijiet tal-użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi kif imsemmijin fl-Artikolu 8.
|
|
|
Artikolu 13 2
|
2. L-importazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja valida lill-awtoritajiet doganali, maħruġin mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 16, ħlief fil-każ ta’ ħażna temporanja.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0590
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|