3. Impriżi li jqiegħdu fis-suq kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għandhom jipproduċu dikjarazzjoni ta’ konformità, li tinkludi evidenza li tikkonferma li hemm arranġamenti vinkolanti stabbiliti biex dawk il-kontenituri jiġu rritornati għall-fini li jimtlew mill-ġdid, u li b’mod partikolari tidentifika l-atturi rilevanti, l-impenji obbligatorji tagħhom u l-arranġamenti loġistiċi rilevanti. Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu vinkolanti fuq id-distributuri tal-kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li jiddistribwixxuhom lill-utent aħħari.
L-impriżi msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom iżommu d-dikjarazzjoni ta’ konformità għal perjodu ta’ mill-inqas 5 snin mit-tqegħid fis-suq ta’ kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u għandhom jagħmlu dik id-dikjarazzjoni disponibbli, fuq talba, lill-awtorita’ kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew lill-Kummissjoni. Il-fornituri tal-kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li jfornuhom lill-utenti finali għandhom iżommu evidenza tal-konformità ma’ dawk l-arranġamenti msemmijin fl-ewwel subparagrafu għal perjodu ta’ mill-inqas 5 snin mill-forniment lill-utent aħħari u għandhom jagħmlu dik l-evidenza disponibbli, fuq talba, lill-awtorita’ kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina r-rekwiżiti biex jiġu inklużi l-elementi li huma essenzjali għall-arranġamenti vinkolanti msemmijin fl-ewwel subparagrafu fid-dikjarazzjoni ta’ konformità. Atti ta’ implimentazzjoni bħal dawk għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).