+Artikolu 15 Kundizzjonijiet għall-eżenzjonijiet
---+Artikolu 15 1
---+Artikolu 15 2
---+Artikolu 15 3
---+Artikolu 15 4
---+Artikolu 15 5
---+Artikolu 15 6
|
Artikolu 15 Kundizzjonijiet għall-eżenzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1
|
1. L-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq, kwalunkwe provvista sussegwenti jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni għal persuna oħra fl-Unjoni bi ħlas jew mingħajr ħlas, l-użu, jew l-esportazzjoni ta’ kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, vojta, jew kompletament jew parzjalment mimlijin, għandhom jiġu pprojbiti, ħlief għall-użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi kif imsemmi fl-Artikolu 8. Kontenituri bħal dawn jistgħu jinħażnu jew jiġu ttrasportati biss għar-rimi sussegwenti.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, jiġifieri:
|
(a)
|
kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew mingħajr ma jiġu adattati għal dak l-għan; u
|
|
(b)
|
kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew iżda li huma importati jew li jitqiegħdu fis-suq mingħajr ma jkun sar provvediment għar-ritorn tagħhom għall-mili mill-ġdid.
|
|
|
Artikolu 15 2
|
2. Kwalunkwe kontenitur li ma jistax jerġa’ jimtela kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), għandu jiġi issekwestrat, ikkonfiskat, irtirat jew jissejjaħ lura mis-suq mill-awtoritajiet doganali jew mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq sabiex jintrema billi jinqered. Għandha tkun ipprojbita l-esportazzjoni mill-ġdid ta’kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew li huma pprojbiti f’konformità mal-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 15 3
|
3. Impriżi li jqiegħdu fis-suq kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għandhom jipproduċu dikjarazzjoni ta’ konformità, li tinkludi evidenza li tikkonferma li hemm arranġamenti vinkolanti stabbiliti biex dawk il-kontenituri jiġu rritornati għall-fini li jimtlew mill-ġdid, u li b’mod partikolari tidentifika l-atturi rilevanti, l-impenji obbligatorji tagħhom u l-arranġamenti loġistiċi rilevanti. Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu vinkolanti fuq id-distributuri tal-kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li jiddistribwixxuhom lill-utent aħħari.
L-impriżi msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom iżommu d-dikjarazzjoni ta’ konformità għal perjodu ta’ mill-inqas 5 snin mit-tqegħid fis-suq ta’ kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u għandhom jagħmlu dik id-dikjarazzjoni disponibbli, fuq talba, lill-awtorita’ kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew lill-Kummissjoni. Il-fornituri tal-kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li jfornuhom lill-utenti finali għandhom iżommu evidenza tal-konformità ma’ dawk l-arranġamenti msemmijin fl-ewwel subparagrafu għal perjodu ta’ mill-inqas 5 snin mill-forniment lill-utent aħħari u għandhom jagħmlu dik l-evidenza disponibbli, fuq talba, lill-awtorita’ kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina r-rekwiżiti biex jiġu inklużi l-elementi li huma essenzjali għall-arranġamenti vinkolanti msemmijin fl-ewwel subparagrafu fid-dikjarazzjoni ta’ konformità. Atti ta’ implimentazzjoni bħal dawk għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).
|
|
Artikolu 15 4
|
4. It-tqegħid fis-suq ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għandhom jiġu pprojbiti, sakemm il-produtturi jew l-importaturi ma jipprovdux evidenza lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru fiż-żmien ta’ tali tqegħid fis-suq, li kwalunkwe trifluworometan, prodott bħala prodott sekondarju matul il-proċess tal-produzzjoni tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, inkluż matul il-produzzjoni tal-materja prima għall-produzzjoni ta’ dawk is-sustanzi, ikun inqered jew ġie rkuprat għall-użu sussegwenti, bl-użu tal-aħjar tekniki disponibbli.
Għall-finijiet li tiġi pprovduta dik l-evidenza, il-produtturi u l-importaturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità, akkumpanjata minn dokumentazzjoni ta’ sostenn li:
|
(a)
|
tistabbilixxi l-oriġini tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li għandhom jitqiegħdu fis-suq;
|
|
(b)
|
tidentifika l-faċilità tal-produzzjoni tal-oriġini tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li għandhom jitqiegħdu fis-suq, inkluża identifikazzjoni ta’ dawk il-faċilitajiet ta’ oriġini ta’ kwalunkwe sustanza prekursur li tinvolvi l-ġenerazzjoni ta’ klorodifluworometan (R-22) bħala parti mill-proċess ta’ produzzjoni li jipproduċi s-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li għandhom jitqiegħdu fis-suq;
|
|
(c)
|
tagħti prova tad-disponibbiltà u t-tħaddim tat-teknoloġija tat-tnaqqis fil-faċilitajiet tal-oriġini ekwivalenti għall-metodoloġija tal-linja bażi AM0001 approvata mill-UNFCCC għall-inċinerazzjoni ta’ flussi ta’ skart tat-trifluworometan jew li tagħti prova tal-metodoloġija ta’ qbid u qerda li tiżgura li l-emissjonijiet tat-trifluworometan jinqerdu f’konformità mar-rekwiżiti skont il-Protokoll;
|
|
(d)
|
tiffaċilita, dwar kwalunkwe informazzjoni addizzjonali, it-traċċar tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu qabel l-importazzjoni.
|
Il-produtturi u l-importaturi għandhom iżommu d-dikjarazzjoni ta’ konformità u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn għal perjodu ta’ mill-inqas 5 snin mit-tqegħid fis-suq u għandhom jagħmluhom disponibbli, fuq talba, lill-awtorita’ kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina l-arranġamenti dettaljati relatati mad-dikjarazzjoni ta’ konformità u mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn imsemmijin fit-tieni subparagrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).
|
|
Artikolu 15 5
|
5. Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I prodotti jew imqegħdin fis-suq bħala materja prima, bħala aġenti ta’ proċess, għal użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi, jew għall-qerda jew għar-reklamazzjoni kif imsemmi fl-Artikoli, 7, 8 u 12 rispettivament, jistgħu jintużaw biss għal dawk l-għanijiet.
Kontenituri li fihom is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu maħsubin għall-użi msemmijin fl-Artikoli 6, 7, 8 u 12 ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ttikkettati b’indikazzjoni ċara li s-sustanza tista’ tintuża biss għall-iskop applikabbli. Fejn tali sustanzi jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ tikkettar previsti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, tali indikazzjoni għandha tiġi inkluża fit-tikketti msemmijin f’dak ir-Regolament.
Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina l-format u l-indikazzjoni li trid tintuża fuq it-tikketti msemmijin fit-tieni subparagrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).
|
|
Artikolu 15 6
|
6. L-impriżi li jipproduċu, inkluż bi produzzjoni sekondarja jew inċidentali, iqiegħdu fis-suq, ifornu lil persuna oħra fl-Unjoni jew jirċievu mingħand persuna oħra fl-Unjoni, sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I, maħsuba għall-użu bħala materja prima, bħala aġenti ta’ proċess, jew maħsuba biex jinqerdu jew jiġu reklamati, kif ukoll impriżi li jeqirdu jew jirreklamaw dawk is-sustanzi jew jużaw dawk is-sustanzi bħala materja prima jew bħala aġenti ta’ proċess, għandhom iżommu rekords li jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja għal kull sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu, kif xieraq:
|
(a)
|
l-isem tas-sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu jew tat-taħlita li jkun fiha sustanza bħal din;
|
|
(b)
|
il-kwantità prodotta, importata, esportata, reklamata jew meqruda matul is-sena kalendarja partikolari;
|
|
(c)
|
il-kwantità fornita u riċevuta matul is-sena kalendarja partikolari, għal kull fornitur jew riċevitur individwali;
|
|
(d)
|
l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornituri jew tar-riċevituri;
|
|
(e)
|
il-kwantità użata matul is-sena kalendarja partikolari u l-ispeċifikazzjoni tal-użu attwali; u
|
|
(f)
|
il-kwantità maħżuna fl-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja partikolari.
|
L-impriżi għandhom iżommu r-rekords imsemmija fl-ewwel subparagrafu għal mill-inqas 5 snin wara l-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq, il-provvista jew ir-riċeviment, u għandhom jagħmluhom disponibbli, fuq talba, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew lill-Kummissjoni. Dawk l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni mniżżla f’dawk ir-rekords.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0590
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|