9. L-awtoritajiet doganali għandhom jivverifikaw il-konformità mar-regoli dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, meta jwettqu l-kontrolli bbażati fuq analiżi tar-riskju fil-kuntest tas-Sistema Doganali ta’ Ġestjoni tar-Riskji u f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dik l-analiżi tar-riskju għandha tqis, b’mod partikolari, kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar il-probabbiltà ta’ kummerċ illegali ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, u l-istorja tal-konformità tal-impriża kkonċernata.