+Article 17 Kontrolli tal-kummerċ
---+Article 17 1
---+Article 17 2
---+Article 17 3
---+Article 17 4
---+Article 17 5
---+Article 17 6
---+Article 17 7
---+Article 17 8
---+Article 17 9
---+Article 17 10
---+Article 17 11
---+Article 17 12
---+Article 17 13

Article 17 Kontrolli tal-kummerċ

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 17 1

1.   L-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurzaw il-projbizzjonijiet u restrizzjonijiet oħrajn stabbiliti f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet.

Article 17 2

2.   Għall-finijiet tal-importazzjoni, l-impriża li jkollha l-liċenzja skont l-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-Regolament għandha tkun l-importatur. Meta l-importatur ma jkunx disponibbli, l-impriża li jkollha dik il-liċenzja għandha tkun id-dikjarant indikat fid-dikjarazzjoni doganali li jkun id-detentur tal-awtorizzazzjoni għal proċedura speċjali għajr it-tranżitu, sakemm ma jkunx hemm trasferiment ta’ drittijiet u obbligi skont l-Artikolu 218 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 biex persuna oħra titħalla tkun id-dikjarant. Fil-każ ta’ proċedura ta’ tranżitu, l-impriża li jkollha l-liċenzja għandha tkun id-detentur tal-proċedura.

Għall-finijiet tal-esportazzjoni, l-impriża li jkollha l-liċenzja skont l-Artikolu 14(3) għandha tkun l-esportatur indikat fid-dikjarazzjoni doganali.

Article 17 3

3.   F’każijiet ta’ importazzjonijiet ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, u ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi, l-importatur jew, fejn ma jkunx disponibbli, id-dikjarant, indikat fid-dikjarazzjoni doganali jew fid-dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja, u f’każijiet ta’ esportazzjonijiet l-esportatur indikat fid-dikjarazzjoni doganali, għandu jipprovdi lill-awtoritajiet doganali l-informazzjoni li ġejja, fejn rilevanti, fid-dikjarazzjoni doganali:

(a)

in-numru ta’ identifikazzjoni tar-reġistrazzjoni fis-sistema ta’ liċenzjar u n-numru tal-liċenzja skont l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 14(3);

(b)

in-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI);

(c)

il-massa netta tas-sustanza/i li tnaqqas/inaqqsu s-saff tal-ożonu, anki meta tkun/ikunu inkluża/i fi prodotti u f’tagħmir;

(d)

il-massa netta mmoltiplikata bl-ODP tas-sustanza/i li tnaqqas/jnaqqsu l-ożonu, anki meta tkun inkluża fi prodotti u f’tagħmir;

(e)

il-kodiċi tal-komodità li taħtu tiġi kklassifikata l-merkanzija.

Article 17 4

4.   L-awtoritajiet doganali għandhom jivverifikaw, b’mod partikolari, jekk f’każijiet ta’ importazzjonijiet l-importatur indikat fid-dikjarazzjoni doganali jew, fejn ma jkunx disponibbli, id-dikjarant, u f’każijiet ta’ esportazzjonijiet l-esportatur indikat fid-dikjarazzjoni doganali, ikollu liċenzja valida skont l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 14(3).

Article 17 5

5.   Fejn rilevanti, l-awtoritajiet doganali għandhom jikkomunikaw informazzjoni dwar l-iżdoganar tal-merkanzija lis-sistema ta’ liċenzjar permezz tal-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-UE għad-Dwana.

Article 17 6

6.   L-importaturi ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I f’kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew għandhom, fil-mument meta tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni doganali relatata mar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, jagħmlu disponibbli għall-awtoritajiet doganali dikjarazzjoni ta’ konformità kif imsemmi fl-Artikolu 15(3), inkluża evidenza li tikkonferma l-arranġamenti fis-seħħ għar-ritorn tal-kontenitur għall-fini ta’ mili mill-ġdid.

Article 17 7

7.   Importaturi tal-aloni f’konformità mal-Artikolu 13(1), il-punt (g), u esportaturi tal-aloni f’konformità mal-Artikolu 14(1), il-punt (e), għandhom, fil-mument li tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni doganali relatata mar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew mal-esportazzjoni, jagħmlu disponibbli għall-awtoritajiet doganali ċertifikat li jikkonferma n-natura tas-sustanza kif elenkata fl-Artikolu 13(1), il-punt (g), u fl-Artikolu 14(1), il-punt (e).

Article 17 8

8.   L-importaturi ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għandhom jagħmlu disponibbli għall-awtoritajiet doganali fil-mument li tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni doganali relatata mar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, l-evidenza msemmija fl-Artikolu 15(4).

Article 17 9

9.   L-awtoritajiet doganali għandhom jivverifikaw il-konformità mar-regoli dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, meta jwettqu l-kontrolli bbażati fuq analiżi tar-riskju fil-kuntest tas-Sistema Doganali ta’ Ġestjoni tar-Riskji u f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dik l-analiżi tar-riskju għandha tqis, b’mod partikolari, kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar il-probabbiltà ta’ kummerċ illegali ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, u l-istorja tal-konformità tal-impriża kkonċernata.

Article 17 10

10.   Fuq il-bażi tal-analiżi tar-riskju, meta twettaq kontrolli doganali fiżiċi fuq is-sustanzi, prodotti u tagħmir li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li huma koperti minn dan ir-Regolament, l-awtorità doganali għandha, b’mod partikolari, tivverifika dan li ġej fuq l-importazzjonijiet u fuq l-esportazzjonijiet:

(a)

li l-merkanzija ppreżentata tikkorrispondi għal dik deskritta fil-liċenzja u fid-dikjarazzjoni doganali;

(b)

li l-merkanzija tkun ittikkettata f’konformità mal-Artikolu 15(5) qabel ma dik il-merkanzija tiġi rrilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera.

L-importatur jew l-esportatur għandu jagħmelil-liċenzja tagħhom disponibbli għall-awtoritajiet doganali matul il-kontrolli f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

Article 17 11

11.   L-awtoritajiet doganali għandhom jikkonfiskaw jew jissekwestraw is-sustanzi, il-prodotti u t-tagħmir li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li huma pprojbiti minn dan ir-Regolament għar-rimi f’konformità mal-Artikoli 197 u 198 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 jew għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiżguraw il-konfiska u l-qbid ta’ tali sustanzi, prodotti u tagħmir għar-rimi tagħhome. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jirtiraw jew isejħu lura mis-suq tali sustanzi u prodotti u tagħmir f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2019/1020.

Ir-riesportazzjoni ta’ sustanzi u ta’ prodotti u ta’ tagħmir li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li huma koperti minn dan ir-Regolament li ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament għandha tkun ipprojbita.

Article 17 12

12.   L-awtoritajiet doganali jew l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jipprevjenu tentattivi għall-importazzjoni jew għall-esportazzjoni tas-sustanzi, tal-prodotti u tat-tagħmir li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li huma koperti minn dan ir-Regolament li diġà ma kinux permessi jidħlu jew joħorġu mit-territorju.

Article 17 13

13.   L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw jew japprovaw uffiċċji doganali jew postijiet oħrajn u għandhom jispeċifikaw ir-rotta lejn dawk l-uffiċċji u l-postijiet, f’konformità mal-Artikoli 135 u 267 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, għall-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, u ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi mad-dħul tagħhom fit-territorju doganali tal-Unjoni jew mal-ħruġ tagħhom minnu. Il-kontrolli għandhom jitwettqu mill-persunal tal-uffiċċju doganali jew minn persuni awtorizzati oħra f’konformità mar-regoli nazzjonali, li jkollhom għarfien dwar kwistjonijiet relatati mal-prevenzjoni ta’ attivitajiet illegali koperti minn dan ir-Regolament u jkollhom aċċess għal tagħmir xieraq biex iwettqu l-kontrolli fiżiċi rilevanti abbażi ta’ analiżi tar-riskju.

L-uffiċċji doganali ddeżinjati jew approvati jew postijiet oħrajn imsemmijin fl-ewwel subparagrafu biss għandhom ikunu awtorizzati jiftħu jew itemmu proċedura ta’ tranżitu ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I, jew ta’ prodotti u tagħmir li fihom dawk is-sustanzi, jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0590
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.