13. L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw jew japprovaw uffiċċji doganali jew postijiet oħrajn u għandhom jispeċifikaw ir-rotta lejn dawk l-uffiċċji u l-postijiet, f’konformità mal-Artikoli 135 u 267 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, għall-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, u ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi mad-dħul tagħhom fit-territorju doganali tal-Unjoni jew mal-ħruġ tagħhom minnu. Il-kontrolli għandhom jitwettqu mill-persunal tal-uffiċċju doganali jew minn persuni awtorizzati oħra f’konformità mar-regoli nazzjonali, li jkollhom għarfien dwar kwistjonijiet relatati mal-prevenzjoni ta’ attivitajiet illegali koperti minn dan ir-Regolament u jkollhom aċċess għal tagħmir xieraq biex iwettqu l-kontrolli fiżiċi rilevanti abbażi ta’ analiżi tar-riskju.
L-uffiċċji doganali ddeżinjati jew approvati jew postijiet oħrajn imsemmijin fl-ewwel subparagrafu biss għandhom ikunu awtorizzati jiftħu jew itemmu proċedura ta’ tranżitu ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I, jew ta’ prodotti u tagħmir li fihom dawk is-sustanzi, jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi.