2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi r-regoli applikabbli għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera u għall-esportazzjoni ta’ prodotti u ta’ tagħmir importati minn u esportati lejn kwalunkwe Stat jew organizzazzjoni ta’ integrazzjoni ekonomika reġjonali fis-sens tal-paragrafu 1, li ġew prodotti bl-użu ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I iżda li ma fihomx sustanzi li jistgħu jiġu identifikati b’mod pożittiv bħala sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati f’dak l-Anness, kif ukoll regoli dwar l-identifikazzjoni ta’ tali prodotti u tagħmir. Meta tadotta dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tqis id-deċiżjonijiet rilevanti meħuda mill-Partijiet għall-Protokoll u, fir-rigward tar-regoli dwar l-identifikazzjoni ta’ tali prodotti u tagħmir, kwalunkwe parir tekniku perjodiku mogħti lill-Partijiet għall-Protokoll.