+Artikolu 25 Kooperazzjoni u skambju tal-informazzjoni
---+Artikolu 25 1
---+Artikolu 25 2
---+Artikolu 25 3
---+Artikolu 25 4

Artikolu 25 Kooperazzjoni u skambju tal-informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25 1

1.   Meta jkun meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru, inklużi l-awtoritajiet doganali, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, l-awtoritajiet ambjentali u kwalunkwe awtorità kompetenti oħra b’funzjonijiet ta’ spezzjoni, għandhom jikkooperaw ma’ xulxin, mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra, mal-Kummissjoni, u, jekk ikun neċessarju, ma’ awtoritajiet amministrattivi ta’ pajjiżi terzi.

Meta tkun meħtieġa kooperazzjoni mal-awtoritajiet doganali sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni xierqa tas-Sistema tal-Ġestjoni tar-Riskji Doganali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni neċessarja kollha lill-awtoritajiet doganali f’konformità mal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

Artikolu 25 2

2.   Meta l-awtoritajiet doganali, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jew kwalunkwe awtorità kompetenti oħra ta’ Stat Membru jindividwaw ksur ta’ dan ir-Regolament, dik l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-awtorità ambjentali jew, jekk ma tkunx rilevanti, lil kwalunkwe awtorità oħra responsabbli għall-infurzar tal-penali f’konformità mal-Artikolu 27.

Artikolu 25 3

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikun jista’ jkollhom aċċess u jiskambjaw b’mod effiċjenti bejniethom kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-infurzar ta’ dan ir-Regolament. Tali informazzjoni għandha tinkludi data relatata mad-dwana, informazzjoni dwar is-sjieda u l-istatus finanzjarju, kwalunkwe ksur tal-liġi ambjentali, kif ukoll data rreġistrata fis-sistema ta’ liċenzjar.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun disponibbli wkoll għall-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn u għall-Kummissjoni meta jkun meħtieġ sabiex jiġi żgurat l-infurzar ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 25 4

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwissu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra meta jindividwaw ksur ta’ dan ir-Regolament li jista’ jaffettwa aktar minn Stat Membru wieħed. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, b’mod partikolari, jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra meta jindividwaw prodott rilevanti fis-suq li ma jkunx konformi ma’ dan ir-Regolament, sabiex ikunu jista’ jiġi ssekwestrat, ikkonfiskat, irtirat jew jinġabar lura mis-suq għar-rimi.

Is-Sistema tal-Ġestjoni tar-Riskji Doganali għandu jintuża għall-iskambju ta’ informazzjoni relatata mar-riskji doganali.

L-awtoritajiet doganali għandhom jiskambjaw ukoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti relatata ma’ ksur ta’ dan ir-Regolament f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 (23) u għandhom jitolbu assistenza mill-Istati Membri l-oħrajn u mill-Kummissjoni fejn neċessarju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0590
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.