1. Meta jkun meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru, inklużi l-awtoritajiet doganali, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, l-awtoritajiet ambjentali u kwalunkwe awtorità kompetenti oħra b’funzjonijiet ta’ spezzjoni, għandhom jikkooperaw ma’ xulxin, mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra, mal-Kummissjoni, u, jekk ikun neċessarju, ma’ awtoritajiet amministrattivi ta’ pajjiżi terzi.
Meta tkun meħtieġa kooperazzjoni mal-awtoritajiet doganali sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni xierqa tas-Sistema tal-Ġestjoni tar-Riskji Doganali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni neċessarja kollha lill-awtoritajiet doganali f’konformità mal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.