4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwissu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra meta jindividwaw ksur ta’ dan ir-Regolament li jista’ jaffettwa aktar minn Stat Membru wieħed. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, b’mod partikolari, jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra meta jindividwaw prodott rilevanti fis-suq li ma jkunx konformi ma’ dan ir-Regolament, sabiex ikunu jista’ jiġi ssekwestrat, ikkonfiskat, irtirat jew jinġabar lura mis-suq għar-rimi.
Is-Sistema tal-Ġestjoni tar-Riskji Doganali għandu jintuża għall-iskambju ta’ informazzjoni relatata mar-riskji doganali.
L-awtoritajiet doganali għandhom jiskambjaw ukoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti relatata ma’ ksur ta’ dan ir-Regolament f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 (23) u għandhom jitolbu assistenza mill-Istati Membri l-oħrajn u mill-Kummissjoni fejn neċessarju.