+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 (1)
---+Artikolu 2 (2)
---+Artikolu 2 (3)
---+Artikolu 2 (4)
---+Artikolu 2 (5)
---+Artikolu 2 (6)
---+Artikolu 2 (7)
---+Artikolu 2 (8)
---+Artikolu 2 (9)
---+Artikolu 2 (10)
---+Artikolu 2 (11)
---+Artikolu 2 (12)
---+Artikolu 2 (13)
---+Artikolu 2 (14)
---+Artikolu 2 (15)

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 (1)

“interoperabbiltà transfruntiera” tfisser il-kapaċità tal-entitajiet tal-Unjoni u tal-korpi tas-settur pubbliku tal-Istati Membri li jinteraġixxu ma’ xulxin bejn il-fruntieri billi jikkondividu d-data, l-informazzjoni u l-għarfien permezz ta’ proċessi diġitali f’konformità mar-rekwiżiti legali, organizzattivi, semantiċi u tekniċi relatati ma’ tali interazzjoni transfruntiera;

Artikolu 2 (2)

“servizzi pubbliċi diġitali trans-Ewropej” tfisser servizzi diġitali pprovduti minn entitajiet tal-Unjoni jew korpi tas-settur pubbliku lil xulxin, jew lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi fl-Unjoni, u li jeħtieġu interazzjoni bejn il-fruntieri tal-Istati Membri, fost l-entitajiet tal-Unjoni jew bejn entitajiet tal-Unjoni u korpi tas-settur pubbliku permezz tan-network u s-sistemi tal-informazzjoni tagħhom;

Artikolu 2 (3)

“network u sistema tal-informazzjoni” tfisser network u sistema tal-informazzjoni kif definit fl-Artikolu 6, il-punt (1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14);

Artikolu 2 (4)

“soluzzjoni ta’ interoperabbiltà” tfisser beni li jista’ jerġa’ jintuża li jirrigwarda rekwiżiti legali, organizzazzjonali, semantiċi jew tekniċi li jippermettu l-interoperabbiltà transfruntiera, bħal pereżempju oqsfa kunċettwali, linji gwida, arkitetturi ta’ referenza, speċifikazzjonijiet tekniċi, standards, servizzi u applikazzjonijiet, kif ukoll komponenti tekniċi dokumentati, bħall-kodiċi tas-sors;

Artikolu 2 (5)

“entitajiet tal-Unjoni” tfisser l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni stabbiliti mit-TUE, mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jew mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, jew fuq il-bażi tagħhom;

Artikolu 2 (6)

“korp tas-settur pubbliku” tfisser korp tas-settur pubbliku kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15);

Artikolu 2 (7)

“data” tfisser data kif definita fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2022/868 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16);

Artikolu 2 (8)

“format li jinqara mill-magni” tfisser format li jinqara mill-magni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (13), tad-Direttiva (UE) 2019/1024;

Artikolu 2 (9)

“GovTech” tfisser kooperazzjoni bbażata fuq it-teknoloġija bejn l-atturi tas-settur pubbliku u dak privat li tappoġġa t-trasformazzjoni diġitali tas-settur pubbliku;

Artikolu 2 (10)

“standard” tfisser standard kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17);

Artikolu 2 (11)

“speċifikazzjoni teknika tal-ICT” tfisser speċifikazzjoni teknika tal-ICT kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (5), tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

Artikolu 2 (12)

“liċenzja ta’ sors miftuħ” tfisser liċenzja li biha l-użu mill-ġdid, ir-ridistribuzzjoni u l-modifika tas-software jkunu permessi għall-użi kollha fuq il-bażi ta’ dikjarazzjoni unilaterali mid-detentur tad-dritt, li tista’ tkun soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet, u fejn il-kodiċi tas-sors tas-software jkun disponibbli għall-utenti b’mod indiskriminat;

Artikolu 2 (13)

“l-ogħla livell ta’ maniġment” tfisser maniġer, maniġment jew korp ta’ koordinazzjoni u sorveljanza fl-aktar livell amministrattiv għoli, filwaqt li jitqiesu l-arranġamenti ta’ governanza ta’ livell għoli f’kull entità tal-Unjoni;

Artikolu 2 (14)

“ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorja tal-interoperabbiltà” tfisser ambjent ikkontrollat stabbilit minn entità tal-Unjoni jew korp tas-settur pubbliku għall-iżvilupp, it-taħriġ, l-ittestjar u l-validazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi ta’ interoperabbiltà, fejn xieraq f’kundizzjonijiet tad-dinja reali, li jappoġġaw l-interoperabbiltà transfruntiera tas-servizzi pubbliċi diġitali trans-Ewropej għal perjodu ta’ żmien limitat taħt superviżjoni regolatorja.

Artikolu 2 (15)

“rekwiżit vinkolanti” tfisser kwalunkwe obbligu, projbizzjoni, kundizzjoni, kriterju jew limitu ta’ natura legali, organizzazzjonali, semantika jew teknika, li huwa stabbilit minn entità tal-Unjoni jew korp tas-settur pubbliku dwar servizz pubbliku diġitali trans-Ewropew wieħed jew aktar u li għandu effett fuq l-interoperabbiltà transfruntiera.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0903
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.